4. L-Istat Membru għandu jiżgura li s-setgħat previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jkunu jistgħu jiġu eżerċitati biss soġġetti għal salvagwardji xierqa. Dawk is-salvagwardji għandhom jiggarantixxu, b'mod partikolari, li tali eżerċizzju jseħħ b'mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat, u li d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-entitajiet kritiċi milquta, bħall-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali u tan-negozju, ikunu salvagwardjati kif xieraq, inkluż id-dritt li jinstemgħu, id-dritt ta' difiża u d-dritt ta' rimedju effettiv quddiem qorti indipendenti.