Meta fi kwalunkwe ħin il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jaqa' jew ikun raġonevolment mistenni li jaqa' taħt il-100 %, japplika r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Sakemm il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità jerġa' lura għal-livell imsemmi fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tirrapporta l-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità lill-awtorità kompetenti f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (
4
).