+Artikolu 4 Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.

Artikolu 4 Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità

Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

Ir-rekwiżit iddettaljat ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jkun l-istess bħall-proporzjon tar-riżerva ta' likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu meta mqabbel mal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju u jingħata bħala perċentwal. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkulaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħhom bl-użu tal-formula ta' hawn taħt:

image

Artikolu 4 2.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jżommu proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tal-inqas ta' 100 %.
Artikolu 4 3.
B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jimmonetizzaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom tul il-perjodi ta' tensjoni, anki jekk it-tali użu ta' assi likwidi jista' jwassal biex il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jaqa' taħt il-100 % waqt perjodi bħal dawn.
Artikolu 4 4.
Meta fi kwalunkwe ħin il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jaqa' jew ikun raġonevolment mistenni li jaqa' taħt il-100 %, japplika r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Sakemm il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità jerġa' lura għal-livell imsemmi fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tirrapporta l-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità lill-awtorità kompetenti f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 ( 4 ).
Artikolu 4 5.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkolaw u jimmonitorjaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom fil-munita tar-rapportar għall-entrati kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom.

Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkolaw u jimmonitorjaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom għal ċerti entrati kif ġej:

(a) 

għal entrati li huma soġġetti għal rapportar separat f'munita għajr il-munita tar-rapportar skont l-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom separatament jikkalkulaw u jissorveljaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħhom f'valuta oħra;

(b) 

għal entrati denominati fil-munita tar-rapportar fejn l-ammont aggregat tal-obbligazzjonijiet denominati f'muniti li mhumiex il-munita tar-rapportar ikun daqs jew jaqbeż il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni ta' kreditu, minbarra l-kapital regolatorju u l-entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, istituzzjonijiet ta' kreditu se jikkalkulaw u jimmonitorjaw separatament il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom fil-munita tar-rapportar.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jirrapportaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità lill-awtorità kompetenti tagħhom f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

Artikolu 4 6.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu se jaċċertaw li ma jkun hemm l-ebda għadd doppju ta' assi likwidi, flussi ta' dħul u flussi ta' ħruġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.