+Artikolu 10 Assi ta' livell 1
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.

Artikolu 10 Assi ta' livell 1

Assi ta' livell 1

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

L-assi ta' livell 1 jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u li f'kull każ jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati fihom:

(a) 

muniti u karti tal-flus;

(b) 

l-iskoperturi li ġejjin għall-banek ċentrali:

(i) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi, diment li l-iskoperturi għall-bank ċentrali jew għall-gvern ċentrali tiegħu jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI) li tal-anqas ikollha kwalità tal-kreditu tal-iskala 1 skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(iii) 

riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punti (i) u (ii) dment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira t-tali riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti rilevanti tal-istituzzjoni ta' kreditu u l-bank ċentrali fejn qed jinżammu r-riżervi, jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz;

Għall-finijiet ta' dan il-punt, għandu japplika dan li ġej:

— 
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz, kif applikabbli;
— 
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn fergħa, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz, kif applikabbli;

▼B

(c) 

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku li ġejjin:

(i) 

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

il-gvern ċentrali ta' pajjiż terz, diment li jiġi assenjat valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha kwalità tal-kreditu tal-iskala 1 skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) 

il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali fi Stat Membru, diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv) 

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali f'pajjiż terz tat-tip imsemmi fil-punt (ii), diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 115(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v) 

entitajiet tas-settur pubbliku, diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew għal wieħed mill-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali msemmijin fil-punt (iii) skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(d) 

l-assi li ġejjin:

(i) 

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz li ma jiġix assenjat klassifikazzjoni tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu tal-mertu tal-kreditu minn ECAI nominata f'konformità mal-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punt (i), dment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira dawn ir-riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati jew fi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u l-bank ċentrali fejn qed jinżammu r-riżervi, jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz.

Għall-finijiet tal-punt (ii), għandu japplika dan li ġej:

— 
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz;
— 
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn fergħa, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz.

L-ammont aggregat ta' assi li jaqgħu taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu u denominati f'munita partikolari li l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi bħala assi ta' livell 1 ma għandux jaqbeż l-ammont ta' tensjoni tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità netti mġarrba taħt tensjoni mill-istituzzjoni ta' kreditu mġarrbin fl-istess munita.

Barra minn hekk, fejn parti jew l-assi kollha li jaqgħu taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu huma denominati f'munita li mhijiex il-munita domestika tal-pajjiż terz inkwistjoni, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi biss dawk l-assi bħala assi ta' livell 1 sa ammont ugwali għall-ammont tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità netta ta' tensjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu mġarrba f'dik il-munita barranija li tikkorrispondi għall-operazzjonijiet tal-istituzzjoni ta' kreditu fil-ġuriżdizzjoni fejn jkun qed jittieħed ir-riskju tal-likwidità;

▼B

(e) 

l-assi maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jissodisfaw tal-inqas wieħed minn dawn iż-żewġ rekwiżiti:

(i) 

l-emittent ikun istituzzjoni ta' kreditu inkorporata jew stabbilita mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew mill-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali fi Stat Membru, il-gvern jew l-awtorità lokali jkollha l-obbligu legali li tipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni ta' kreditu u li żżomm il-vijabbiltà finanzjarja tagħha tul il-ħajja tagħha u kwalunkwe skopertura għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali, kif ikun applikabbli, tiġi trattata bħala skopertura għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu tkun mutwant promozzjonali li, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, tinftiehem bħala kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li l-għan tagħha jkun li tmexxi 'l quddiem l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali jew ta' awtorità lokali fi Stat Membru primarjament permezz tal-għoti ta' self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux bi profitt, sakemm tal-inqas 90 % tas-self li tagħti jkun direttament jew indirettament iggarantit mill-gvern ċentrali jew reġjonali jew minn awtorità lokali u li kwalunkwe skopertura għall-gvern ċentrali jew awtorità lokali, kif ikun applikabbli, tkun trattata bħala skopertura għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

skoperturi f'forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

▼M2

(i) 

ikunu bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt 1, tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jew jinħarġu qabel it-8 ta’ Lulju 2022 u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE, kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, li jagħmilhom eliġibbli għal trattament preferenzjali bħala bonds koperti sal-maturità tagħhom;

(ii) 

l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fl-aggregazzjoni ta’ kopertura jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 129(1), il-punt (c), u fl-Artikolu 129(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M2 —————

▼B

(iv) 

id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);

(v) 

il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament;

(vi) 

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 2 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti;

(g) 

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-banek ta' żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 117(2) u l-Artikolu 118, rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 10 2.
Il-valur tas-suq tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal telf impost ta' mill-inqas 7 %. Ħlief għal kif inhu speċifikat fir-rigward tal-ishma u l-unitajiet fis-CIUs fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(2), ma għandu jkun meħtieġ ebda telf impost fuq il-valur tal-assi tal-livell 1 li jifdal.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.