|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.L-assi ta' livell 1 jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u li f'kull każ jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati fihom:
(a)
muniti u karti tal-flus;
(b)
l-iskoperturi li ġejjin għall-banek ċentrali:
(i)
assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew bank ċentrali ta' Stat Membru;
(ii)
assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi, diment li l-iskoperturi għall-bank ċentrali jew għall-gvern ċentrali tiegħu jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI) li tal-anqas ikollha kwalità tal-kreditu tal-iskala 1 skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(iii)
riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punti (i) u (ii) dment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira t-tali riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti rilevanti tal-istituzzjoni ta' kreditu u l-bank ċentrali fejn qed jinżammu r-riżervi, jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz; Għall-finijiet ta' dan il-punt, għandu japplika dan li ġej:
—
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz, kif applikabbli;
—
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn fergħa, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz, kif applikabbli;
(c)
l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku li ġejjin:
(i)
il-gvern ċentrali ta' Stat Membru;
(ii)
il-gvern ċentrali ta' pajjiż terz, diment li jiġi assenjat valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha kwalità tal-kreditu tal-iskala 1 skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(iii)
il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali fi Stat Membru, diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(iv)
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali f'pajjiż terz tat-tip imsemmi fil-punt (ii), diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 115(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(v)
entitajiet tas-settur pubbliku, diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew għal wieħed mill-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali msemmijin fil-punt (iii) skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(d)
l-assi li ġejjin:
(i)
l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz li ma jiġix assenjat klassifikazzjoni tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu tal-mertu tal-kreditu minn ECAI nominata f'konformità mal-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punt (i), dment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira dawn ir-riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati jew fi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u l-bank ċentrali fejn qed jinżammu r-riżervi, jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz. Għall-finijiet tal-punt (ii), għandu japplika dan li ġej:
—
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz;
—
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn fergħa, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz.
L-ammont aggregat ta' assi li jaqgħu taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu u denominati f'munita partikolari li l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi bħala assi ta' livell 1 ma għandux jaqbeż l-ammont ta' tensjoni tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità netti mġarrba taħt tensjoni mill-istituzzjoni ta' kreditu mġarrbin fl-istess munita. Barra minn hekk, fejn parti jew l-assi kollha li jaqgħu taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu huma denominati f'munita li mhijiex il-munita domestika tal-pajjiż terz inkwistjoni, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi biss dawk l-assi bħala assi ta' livell 1 sa ammont ugwali għall-ammont tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità netta ta' tensjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu mġarrba f'dik il-munita barranija li tikkorrispondi għall-operazzjonijiet tal-istituzzjoni ta' kreditu fil-ġuriżdizzjoni fejn jkun qed jittieħed ir-riskju tal-likwidità;
(e)
l-assi maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jissodisfaw tal-inqas wieħed minn dawn iż-żewġ rekwiżiti:
(i)
l-emittent ikun istituzzjoni ta' kreditu inkorporata jew stabbilita mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew mill-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali fi Stat Membru, il-gvern jew l-awtorità lokali jkollha l-obbligu legali li tipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni ta' kreditu u li żżomm il-vijabbiltà finanzjarja tagħha tul il-ħajja tagħha u kwalunkwe skopertura għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali, kif ikun applikabbli, tiġi trattata bħala skopertura għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
l-istituzzjoni ta' kreditu tkun mutwant promozzjonali li, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, tinftiehem bħala kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li l-għan tagħha jkun li tmexxi 'l quddiem l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali jew ta' awtorità lokali fi Stat Membru primarjament permezz tal-għoti ta' self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux bi profitt, sakemm tal-inqas 90 % tas-self li tagħti jkun direttament jew indirettament iggarantit mill-gvern ċentrali jew reġjonali jew minn awtorità lokali u li kwalunkwe skopertura għall-gvern ċentrali jew awtorità lokali, kif ikun applikabbli, tkun trattata bħala skopertura għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(f)
skoperturi f'forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
ikunu bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt 1, tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jew jinħarġu qabel it-8 ta’ Lulju 2022 u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE, kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, li jagħmilhom eliġibbli għal trattament preferenzjali bħala bonds koperti sal-maturità tagħhom;
(ii)
l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fl-aggregazzjoni ta’ kopertura jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 129(1), il-punt (c), u fl-Artikolu 129(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; ▼M2 —————
(iv)
id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);
(v)
il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament;
(vi)
il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 2 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti;
(g)
l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-banek ta' żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 117(2) u l-Artikolu 118, rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|