+Artikolu 13 Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 10.
---+Artikolu 13 11.
---+Artikolu 13 12.
---+Artikolu 13 13.
---+Artikolu 13 14.

Artikolu 13 Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B

Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

L-iskoperturi fil-forma ta' titoli garantiti b'assi msemmija fl-Artikolu 12(1)(a) għandhom jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tal-livell 2B fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-deżinjazzjoni “STS” jew “sempliċi, trasparenti u standardizzata”, jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawk it-termini, hi permessa li tintuża għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u qed tiġi użata b'dan il-mod;

(b) 

il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u l-paragrafi 10 sa 13 ta' dan l-Artikolu jiġu ssodisfatti.

Artikolu 13 2.

Il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u tal-iskoperturi sottostanti għall-pożizzjoni jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

►M1  il-pożizzjoni tiġi assenjata valutazzjoni tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu minn ECAI nominata skont l-Artikolu 264 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ta' skala ekwivalenti tal-kwalità tal-kreditu fil-każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir; ◄

(b) 

►M1  il-pożizzjoni hija fl-aktar segment jew segmenti ta' titolizzazzjoni superjuri u għandha l-ħin kollu l-ogħla livell ta' superjorità matul il-ħajja kontinwa tat-tranżazzjoni. Għal dawn il-finijiet, segment jitqies li jkun l-aktar superjuri meta wara l-għoti ta' avviż ta' infurzar u, fejn applikabbli, avviż ta' aċċelerazzjoni, is-segment ma jkunx subordinat għal segmenti oħrajn tal-istess tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni jew skema fir-rigward tar-riċevuta ta' pagamenti prinċipali u tal-imgħax, mingħajr ma jitqiesu l-ammonti dovuti taħt kuntratti derivati minn rati tal-imgħax jew muniti, tariffi jew pagamenti oħrajn simili skont l-Artikolu 242(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; ◄

▼M1 —————

▼B

(g) 

►M1  il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni hija sostnuta minn aggregazzjoni ta' skoperturi sottostanti u dawk l-iskoperturi sottostanti jew jappartjenu kollha kemm huma għal waħda biss mis-subkategoriji li ġejjin jew inkella jikkonsistu f'kombinazzjoni ta' self residenzjali msemmi fil-punt (i) u self residenzjali msemmi fil-punt (ii): ◄

(i) 

self residenzjali garantit b'ipoteka tal-ewwel grad mogħtija lil individwi għall-akkwist tar-residenza prinċipali tagħhom, dejjem jekk waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

— 
is-self fil-pula jilħaq bħala medja r-rekwiżit tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 129(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
— 
il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru minn fejn oriġina s-self tipprevedi limitu tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu fuq l-ammont li obbligant jista' jissellef f'self residenzjali, u dan l-Istat Membru jkun innotifika din il-liġi lill-Kummissjoni u lill-EBA. Il-limitu tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu huwa kkalkulat fuq l-introjtu gross annwali tal-obbligant, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tat-taxxa u l-impenji l-oħra tal-obbligant, kif ukoll ir-riskju rigward il-bidliet fir-rati tal-imgħax matul il-perjodu tas-self. Għal kull self residenzjali fil-pula, il-perċentwal tal-introjtu gross tal-obbligant li jista' jintuża għas-servizz tas-self, inklużi l-imgħax, il-kapital u l-pagamenti ta' tariffi, ma jkunx jaqbeż il-45 %;
(ii) 

self residenzjali garantit b'mod sħiħ imsemmi fl-Artikolu 129(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, diment li s-self jissodisfa r-rekwiżiti ta' kollateralizzazzjoni stabbiliti f'dan il-paragrafu u r-rekwiżit tal-proporzjon medju bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 129(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

(iii) 

self kummerċjali, lokazzjonijiet u faċilitajiet ta' kreditu għal impriżi stabbiliti fi Stat Membru biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali jew operazzjonijiet ta' negozju minbarra l-akkwist jew l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli kummerċjali, diment li mill-inqas 80 % tal-mutwatarji fil-pula f'termini ta' portafoll tal-bilanċ ikunu intrapriżi żgħar u medji fil-ħin tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni, u ebda wieħed mill-mutwatarji ma jkun istituzzjoni kif ddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(iv) 

self għal karozzi u lokazzjonijiet lil mutwatarji jew lokatarji stabbiliti jew residenti fi Stat Membru. Għal dawn il-finijiet, self għal karozzi jew lokazzjonijiet se jinkludu self jew lokazzjonijiet għall-finanzjament ta' vetturi bil-mutur jew trejlers kif definiti fil-punti (11) u (12) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), tratturi agrikoli jew forestali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), muturi b'żewġ roti jew triċikli bil-mutur imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) jew vetturi bil-katina msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2007/46/KE. Tali self jew lokazzjonijiet jistgħu jinkludu prodotti anċillari ta' assigurazzjoni u servizz jew partijiet addizzjonali ta' vetturi u, fil-każ ta' lokazzjonijiet, il-valur residwu tal-vetturi mogħtija b'lokazzjoni. Is-self u l-lokazzjonijiet kollha fl-aggregazzjoni għandhom ikunu garantiti bi ħlas jew titolu tal-ogħla klassifikazzjoni fuq il-vettura jew garanzija xierqa favur l-SSPE, bħal provvediment ta' ritenzjoni tat-titolu;

▼B

(v) 

self u faċilitajiet ta' kreditu lil individwi residenti fi Stat Membru għal finijiet personali, familjari jew konsum domestiku.

▼M1 —————

Artikolu 13 10.
L-iskoperturi sottostanti ma jkunux oriġinaw mill-istituzzjoni ta' kreditu li żżomm il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fir-riżerva ta' likwidità tagħha, fis-sussidjarja tagħha, fl-impriża prinċipali tagħha, fis-sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha jew fi kwalunkwe impriża oħra marbuta mill-qrib ma' din l-istituzzjoni ta' kreditu;
Artikolu 13 11.
Id-daqs ta' ħruġ tas-segment jkun ta' mill-inqas EUR 100 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika).
Artikolu 13 12.
Il-ħajja medja peżata li jifdal tas-segment tkun ta' 5 snin jew inqas, li tiġi kkalkolata billi jintuża l-inqas ammont tas-suppożizzjoni ta' ħlas bil-quddiem tal-ipprezzar tat-tranżazzjoni jew ta' rata kostanti ta' ħlas bil-quddiem ta' 20 %, li għaliha l-istituzzjoni ta' kreditu tassumi li s-sejħa hija eżerċitata fuq l-ewwel data msejħa permessa.
Artikolu 13 13.
L-oriġinatur tal-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni tkun istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew impriża li l-attività prinċipali tagħha hija li ssegwi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 13 14.

Il-valur tas-suq ta' titolizzazzjonijiet ta' livell 2B jkun soġġett għat-telf impost minimu li ġej:

(a) 

25 % għal titolizzazzjonijiet garantiti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (g)(i), (ii) u (iv) tal-paragrafu 2;

(b) 

35 % għal titolizzazzjonijiet garantiti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (g)(iii) u (v) tal-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.