|
+Artikolu 14 Faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett |
Artikolu 14 Faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrettArtikolu 14 Faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett Sabiex jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B, il-faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett li jistgħu jiġu pprovduti minn bank ċentrali kif imsemmi fil-paragrafu (1)(d) tal-Artikolu 12 ikunu jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
matul perjodu mingħajr tensjoni, il-faċilità hija soġġetta għal tariffa ta' impenn fuq l-ammont totali impenjat li huwa mill-inqas l-ikbar minn dawn li ġejjin:
(i)
75 punt bażi fis-sena;
(ii)
mill-inqas 25 punt bażi fis-sena 'l fuq mid-differenza fir-rendiment fuq l-assi użati biex tiġi appoġġjata l-faċilità u r-rendiment fuq portafoll rappreżentattiv ta' assi likwidi, wara aġġustament għal kull differenza materjali fir-riskju ta' kreditu; Matul perjodu ta' tensjoni, il-bank ċentrali jista' jnaqqas it-tariffa ta' impenn deskritta fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, diment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti minimi applikabbli għall-faċilitajiet ta' likwidità skont l-approċċi alternattivi ta' likwidità f'konformità mal-Artikolu 19;
(b)
il-faċilità tkun sostnuta minn assi mhux gravati ta' tip speċifikat mill-bank ċentrali. L-assi pprovduti bħala kollateral ikunu jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
(i)
jinżammu f'forma li tiffaċilita t-trasferiment tagħhom fil-pront lill-bank ċentrali fl-eventwalità li l-faċilità tiġi msejħa;
(ii)
il-valur tagħhom wara t-telf impost kif applikat mill-bank ċentrali huwa biżżejjed biex ikopri l-ammont totali tal-faċilità;
(iii)
ma għandhomx jingħaddu bħala assi likwidi għall-finijiet ta' riżerva ta' likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu;
(c)
il-faċilità hija kompatibbli mal-qafas politiku tal-kontroparti tal-bank ċentrali;
(d)
it-terminu ta' impenn tal-faċilità jaqbeż il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju msemmi fl-Artikolu 4;
(e)
il-faċilità mhix revokata mill-bank ċentrali qabel il-maturità kuntrattwali tagħha u ma tittieħed ebda deċiżjoni ulterjuri ta' kreditu sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata tkompli tiġi evalwata bħala solvent;
(f)
ikun hemm politika formali ppubblikata mill-bank ċentrali li tiddikjara d-deċiżjoni tagħha li tagħti faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-faċilità u t-tipi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma eliġibbli biex japplikaw għal dawn il-faċilitajiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|