+Artikolu 16 Depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.

Artikolu 16 Depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali

Depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Meta istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal netwerk li jkun eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti liberi li l-istituzzjoni ta' kreditu żżomm mal-istituzzjoni ċentrali jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożiti ma tittrattahomx bħala depożiti operattivi. Fejn id-depożiti jiġu ttrattati bħala assi likwidi, huma għandhom jiġu ttrattati f'konformità ma' waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew mad-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw l-iskema jew in-netwerk, l-istituzzjoni ċentrali tkun obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell speċifikat jew kategorija speċifikata, id-depożiti għandhom jiġu ttrattati bħala assi likwidi ta' dak l-istess livell jew dik l-istess kategorija f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(b) 

meta l-istituzzjoni ċentrali ma tkunx obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell speċifikat jew kategorija speċifikata, id-depożiti għandhom jiġu ttrattati bħala assi tal-livell 2B f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-ammont pendenti tagħhom għandu jkun soġġett għal telf impost minimu ta' 25 %.

Artikolu 16 2.
Meta skont il-liġi ta' Stat Membru jew id-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi deskritti fil-paragrafu 1 l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha aċċess fi żmien 30 jum tal-kalendarju għal finanzjament tal-likwidità mill-istituzzjoni ċentrali jew minn istituzzjoni oħra fl-istess netwerk jew skema, dan il-finanzjament jiġi ttrattat bħala ass ta' livell 2B sakemm ma jkunx kollateralizzat minn assi likwidi ta' livell jew kategorija speċifiċi. It-telf impost minimu ta' 25 % jiġi applikat għall-ammont kapitali impenjat tal-finanzjament tal-likwidità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.