|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.Meta istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal netwerk li jkun eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti liberi li l-istituzzjoni ta' kreditu żżomm mal-istituzzjoni ċentrali jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożiti ma tittrattahomx bħala depożiti operattivi. Fejn id-depożiti jiġu ttrattati bħala assi likwidi, huma għandhom jiġu ttrattati f'konformità ma' waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew mad-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw l-iskema jew in-netwerk, l-istituzzjoni ċentrali tkun obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell speċifikat jew kategorija speċifikata, id-depożiti għandhom jiġu ttrattati bħala assi likwidi ta' dak l-istess livell jew dik l-istess kategorija f'konformità ma' dan ir-Regolament;
(b)
meta l-istituzzjoni ċentrali ma tkunx obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell speċifikat jew kategorija speċifikata, id-depożiti għandhom jiġu ttrattati bħala assi tal-livell 2B f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-ammont pendenti tagħhom għandu jkun soġġett għal telf impost minimu ta' 25 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|