+Artikolu 17 It-tiswir tar-riżerva ta' likwidità skont il-livell tal-assi
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.

Artikolu 17 It-tiswir tar-riżerva ta' likwidità skont il-livell tal-assi

It-tiswir tar-riżerva ta' likwidità skont il-livell tal-assi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkonformaw f'kull ħin mar-rekwiżiti li ġejjin dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità tagħhom:

(a) 

minimu ta' 60 % tar-riżerva ta' likwidità jkun kompost minn assi ta' livell 1;

(b) 

minimu ta' 30 % tar-riżerva ta' likwidità jkun kompost minn assi ta' livell 1 esklużi bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f);

(c) 

massimu ta' 15 % tar-riżerva ta' likwidità jista' jinżamm f'assi ta' livell 2B.

Artikolu 17 2.
Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jiġu applikati wara l-aġġustament għall-impatt fuq l-istokk tal-assi likwidi ta' finanzjament sikur, self garantit jew tranżazzjonijiet ta' swaps kollaterali li jużaw assi likwidi f'mill-inqas stadju wieħed tat-tranżazzjoni fejn dawn it-tranżazzjonijiet jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, wara li jitnaqqas kull telf impost applikabbli u dment li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun konformi mar-rekwiżiti operattivi stabbiliti fl-Artikolu 8.
Artikolu 17 3.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiddeterminaw il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità tagħhom skont il-formuli stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 17 4.

L-awtorità kompetenti tista', fuq bażi ta' każ b'każ, teżenta l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 kompletament jew parzjalment, fir-rigward ta' tranżazzjoni waħda jew aktar ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali bl-użu ta' assi likwidi f'mill-inqas stadju wieħed tat-tranżazzjoni u li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, dment li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kontroparti għat-tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet tkun il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(b) 

ikunu jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li joħolqu riskju sistemiku li jaffettwa s-settur bankarju ta' Stat Membru wieħed jew aktar;

(c) 

l-awtorità kompetenti ikkonsultat mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni jew it-tranżazzjonijiet, u wkoll mal-BĊE jekk dak il-bank ċentrali huwa bank ċentrali tal-Eurosistema, qabel ma tingħata l-eżenzjoni.

Artikolu 17 5.
L-EBA għandha, sa 19 ta’ Novembru 2020, tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza teknika tal-mekkaniżmu ta' riversjar stabbilit fil-paragrafi 2 sa 4 u dwar jekk huwiex probabbli li jkollu impatt detrimentali fuq in-negozji u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni, fuq l-istabbiltà u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, fuq l-ekonomija jew fuq it-trażmissjoni tal-politika monetarja lill-ekonomija. Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-opportunità li jinbidel il-mekkaniżmu ta' riversjar stabbilit fil-paragrafi 2 sa 4 u, fejn l-EBA ssib li jew il-mekkaniżmu ta' riversjar attwali huwa teknikament mhux adattat jew li jkollu impatt detrimentali, għandha tirrakkomanda soluzzjonijiet alternattivi u tevalwa l-impatt tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport tal-EBA msemmija fis-subparagrafu preċedenti waqt it-tħejjija ta' kwalunkwe att delegat ieħor b'konformità mas-setgħa mogħtija fl-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.