|
+Artikolu 17 4. |
Artikolu 17 4.L-awtorità kompetenti tista', fuq bażi ta' każ b'każ, teżenta l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 kompletament jew parzjalment, fir-rigward ta' tranżazzjoni waħda jew aktar ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali bl-użu ta' assi likwidi f'mill-inqas stadju wieħed tat-tranżazzjoni u li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, dment li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kontroparti għat-tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet tkun il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
(b)
ikunu jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li joħolqu riskju sistemiku li jaffettwa s-settur bankarju ta' Stat Membru wieħed jew aktar;
(c)
l-awtorità kompetenti ikkonsultat mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni jew it-tranżazzjonijiet, u wkoll mal-BĊE jekk dak il-bank ċentrali huwa bank ċentrali tal-Eurosistema, qabel ma tingħata l-eżenzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|