+Artikolu 19 Approċċi alternattivi ta' likwidità
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
|
Artikolu 19 Approċċi alternattivi ta' likwidità
Approċċi alternattivi ta' likwidità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Meta jkun hemm biżżejjed assi likwidi f'munita partikolari għall-istituzzjonijiet ta' kreditu biex jissodisfaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 4, tapplika waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżit dwar il-konsistenza tal-munita stabbilit fl-Artikolu 8(6) ma japplikax fir-rigward ta' din il-munita;
(b)
l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tkopri d-defiċit tal-assi likwidi f'munita bil-faċilitajiet ta' kreditu mill-bank ċentrali fi Stat Membru jew pajjiż terz ta' din il-munita, diment li l-faċilità hija konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
hija impenjata kuntrattwalment b'mod irrevokabbli għat-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss;
(ii)
hija pprezzata b'tariffa li titħallas irrispettivament mill-ammont, jekk ikun hemm, prelevat kontra din il-faċilità;
(iii)
it-tariffa tiġi ffissata f'tali ammont li r-rendiment nett fuq l-assi użati biex tiġi żgurata l-faċilità ma jridx ikun ogħla mir-rendiment nett fuq portafoll rappreżentattiv ta' assi ta' likwidità, wara aġġustament għal kwalunkwe differenza materjali fir-riskju ta' kreditu.
(c)
meta jkun hemm defiċit ta' assi ta' livell 1 iżda jkun hemm biżżejjed assi ta' livell 2 A, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tippossjedi assi addizzjonali ta' livell 2 A fir-riżerva ta' likwidità u l-limiti massimi skont il-livell tal-assi stabbiliti fl-Artikolu 17 jitqiesu bħala emendati kif xieraq. Dawn l-assi addizzjonali ta' livell 2 A jkunu soġġetti għal telf impost minimu ekwivalenti għal 20 %. Kull assi ta' livell 2B miżmum mill-istituzzjoni ta' kreditu jibqa' soġġett għat-telf impost applikabbli għal kull każ skont dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 19 2.
|
L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw id-derogi previsti fil-paragrafu 1 fuq bażi proporzjonali b'mod invers fir-rigward tad-disponibbiltà tal-assi likwidi rilevanti. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jivvalutaw il-ħtiġijiet ta' likwidità tagħhom għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu filwaqt li jqisu l-kapaċità tagħhom li jnaqqsu, permezz ta' ġestjoni tajba tal-likwidità, il-ħtieġa ta' dawn l-assi likwidi u ż-żamma ta' dawn l-assi minn parteċipanti oħrajn fis-suq.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Il-muniti li jistgħu jibbenefikaw mid-derogi stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-punt sa fejn deroga waħda jew aktar jistgħu jkunu disponibbli totalment għal munita partikolari jkunu iddeterminati mir-regolament ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 419(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Il-kundizzjonijiet dettaljati applikabbli għall-użu tad-derogi stabbiliti fil-paragrafu 1(a) u (b) jiġu ddeterminati mill-att delegat li jiġi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 419(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|