+Artikolu 20 Definizzjoni ta' flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.

Artikolu 20 Definizzjoni ta' flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità

Definizzjoni ta' flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.

Il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità jkunu s-somma tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità fil-punt (a) mnaqqsa mis-somma tal-flussi ta' dħul tal-likwidità, iżda ma jkunux inqas minn żero, u jkunu kkalkulati kif ġej:

(a) 

is-somma tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 2;

(b) 

is-somma tal-flussi ta' dħul tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 3, ikkalkolata kif ġej:

(i) 

il-flussi ta' dħul eżentati mil-limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 33(2) u (3);

(ii) 

il-fluss ta' dħul l-aktar baxx imsemmi fl-Artikolu 33(4) u 90 % tal-flussi ta' ħruġ msemmija f'(a) imnaqqsa bil-flussi eżentati ta' dħul fl-Artikolu 33(2) u (3), iżda mhux anqas minn żero;

(iii) 

il-fluss ta' dħul l-aktar baxx minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 33(2), (3) u (4) u 75 % tal-flussi ta' ħruġ msemmijin f'(a) imnaqqsin bil-flussi eżentati ta' dħul fl-Artikolu 33(2) u (3) u l-flussi ta' dħul fl-Artikolu 33(4), diviżi b'0,9 li jippermetti l-effett ta' limitu massimu ta' 90 %, iżda ta' mhux inqas minn żero.

Artikolu 20 2.
Il-flussi ta' dħul tal-likwidità u l-flussi ta' ħruġ tal-likwidità jiġu vvalutati fuq perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju, bis-suppożizzjoni ta' xenarju ta' stress kombinat idjosinkratiku u fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 5.
Artikolu 20 3.
Il-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 1 jsir skont il-formula stabbilita fl-Anness II.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.