|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.Il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità jkunu s-somma tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità fil-punt (a) mnaqqsa mis-somma tal-flussi ta' dħul tal-likwidità, iżda ma jkunux inqas minn żero, u jkunu kkalkulati kif ġej:
(a)
is-somma tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 2;
(b)
is-somma tal-flussi ta' dħul tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 3, ikkalkolata kif ġej:
(i)
il-flussi ta' dħul eżentati mil-limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 33(2) u (3);
(ii)
il-fluss ta' dħul l-aktar baxx imsemmi fl-Artikolu 33(4) u 90 % tal-flussi ta' ħruġ msemmija f'(a) imnaqqsa bil-flussi eżentati ta' dħul fl-Artikolu 33(2) u (3), iżda mhux anqas minn żero;
(iii)
il-fluss ta' dħul l-aktar baxx minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 33(2), (3) u (4) u 75 % tal-flussi ta' ħruġ msemmijin f'(a) imnaqqsin bil-flussi eżentati ta' dħul fl-Artikolu 33(2) u (3) u l-flussi ta' dħul fl-Artikolu 33(4), diviżi b'0,9 li jippermetti l-effett ta' limitu massimu ta' 90 %, iżda ta' mhux inqas minn żero. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|