+Artikolu 24 Flussi ta' ħruġ minn depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.

Artikolu 24 Flussi ta' ħruġ minn depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur

Flussi ta' ħruġ minn depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.

Sakemm il-kriterji għal rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ skont l-Artikolu 25(2), (3) jew (5) ma jkunux issodisfati, l-ammont ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz, jitqiesu bħala stabbli, u jiġu mmoltiplikati b'5 % meta d-depożitu jkun jew:

(a) 

parti minn relazzjoni stabbilita li tagħmel il-prelevament ferm improbabbli;

(b) 

miżmum f'kont tranżazzjonali.

Artikolu 24 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) depożitu fil-livell tal-konsumatur jitqies li jkun parti minn relazzjoni stabbilita meta d-depożitant jissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

ikollu relazzjoni kuntrattwali attiva mal-istituzzjoni ta' kreditu ta' mill-inqas 12-il xahar;

(b) 

ikollu relazzjoni ta' self mal-istituzzjoni ta' kreditu għal self residenzjali jew self ieħor fit-tul;

(c) 

ikollu mill-inqas prodott wieħed ieħor attiv, minbarra self, mal-istituzzjoni ta' kreditu.

Artikolu 24 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), depożitu fil-livell tal-konsumatur jitqies miżmum f'kont tranżazzjonali meta s-salarji, l-introjtu jew it-tranżazzjonijiet huma regolarment ikkreditati u ddebitati rispettivament f'dan il-kont.
Artikolu 24 4.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, mill-1 ta' Jannar 2019 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lil istituzzjonijiet ta' kreditu biex jimmoltiplikaw bi 3 % l-ammont tad-depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur imsemmija fil-paragrafu 1 koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE sa livell massimu ta' EUR 100 000 kif speċifikat fl-Artikolu 6(1) ta' din id-Direttiva, diment li l-Kummissjoni tkun ikkonfermat li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti rikonoxxuta uffiċjalment tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti għandha mezzi finanzjarji disponibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/49/UE, miżjuda ex ante mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-membri mill-inqas ta' kull sena;

(b) 

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti għandha mezzi adegwati li jiżguraw aċċess immedjat għal finanzjament addizzjonali fil-każ ta' sejħa kbira fuq ir-riżervi tagħha, inkluż aċċess għal kontribuzzjonijiet straordinarji minn istituzzjonijiet membri ta' kreditu u arranġamenti adegwati ta' finanzjament alternattiv sabiex jinkiseb finanzjament għal terminu qasir mill-pubbliku jew partijiet terzi privati;

(c) 

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti tiżgura perjodu ta' ripagament ta' sebat ijiem tax-xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/49/UE mid-data tal-applikazzjoni tar-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 3 %.

Artikolu 24 5.
L-awtoritajiet kompetenti jagħtu biss l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 wara li tkun inkisbet approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni. Tali approvazzjoni tintalab permezz ta' notifika motivata, li tinkludi evidenza li r-rati ta' likwidazzjoni għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur jkunu taħt it-3 % matul kwalunkwe perjodu ta' tensjoni esperjenzat l-istess bħal tax-xenarji msemmija fl-Artikolu 5. In-notifika motivata tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-data li minnha tintalab l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-iskema rilevanti ta' garanzija tad-depożiti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4(a), (b) u (c). Meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tapprova t-talba tal-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorizzazzjoni sakemm ma jeżistux raġunijiet imperattivi biex tinżamm l-approvazzjoni wara li jiġi kkunsidrat il-funzjonament tas-suq intern għad-depożiti fil-livell tal-konsumatur. L-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha affiljati ma' tali skema approvata ta' garanzija tad-depożiti jkunu intitolati li japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 3 %. Il-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-EBA dwar il-konformità tal-iskema rilevanti ta' garanzija tad-depożiti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4(a), (b) u (c).
Artikolu 24 6.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti tagħhom li jimmoltiplikaw bi 3 % l-ammont tad-depożiti fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti f'pajjiż terz ekwivalenti għall-iskema msemmija fil-paragrafu 1 jekk il-pajjiż terz jippermetti dan it-trattament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.