+Artikolu 27 Flussi ta' ħruġ minn depożiti operazzjonali
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.

Artikolu 27 Flussi ta' ħruġ minn depożiti operazzjonali

Flussi ta' ħruġ minn depożiti operazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'25 % l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti li jinżammu kif ġej:

(a) 

mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta' kklerjar, kustodja jew ta' mmaniġjar tal-flus jew servizzi oħrajn komparabbli fil-kuntest ta' relazzjoni operazzjonali stabbilita mill-istituzzjoni ta' kreditu;

(b) 

fil-kuntest ta' qsim ta' kompiti komuni fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fi ħdan grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu kooperattivi affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(6) ta' dan ir-Regolament, jew bħala depożitu legali jew stabbilit kuntrattwalment minn istituzzjoni ta' kreditu oħra li hija Membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali jew netwerk kooperattiv, diment li dawn id-depożiti mhumiex rikonoxxuti bħala assi likwidi għall-istituzzjoni ta' kreditu depożitanti kif imsemmi fil-paragrafu 3 u l-Artikolu 16;

(c) 

mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operazzjonali stabbilita għajr dik imsemmija f'punt (a);

(d) 

mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta' kklerjar tal-flus u dawk ta' istituzzjonijiet ċentrali, u meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi msemmija fl-Artikolu 16.

Artikolu 27 2.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'5 % is-sehem ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti msemmija fil-paragrafu 1(a) li huwa kopert minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz.
Artikolu 27 3.
Depożiti minn istituzzjonijiet ta' kreditu mqiegħda f'istituzzjoni ċentrali li jitqiesu bħala assi likwidi għall-istituzzjoni ta' kreditu depożitanti skont l-Artikolu 16 jiġu mmoltiplikati bir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għall-istituzzjoni ċentrali fuq l-ammont ta' dawn l-assi likwidi wara t-telf impost. Dawn l-assi likwidi ma jingħaddux sabiex jiġu koperti l-flussi ta' ħruġ, ħlief il-fluss ta' ħruġ msemmi fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, u ma jitqisux fil-kalkoli għat-tiswir ta' riżerva ta' likwidità li tibqa', skont l-Artikolu 17, għall-istituzzjoni ċentrali f'livell individwali.
Artikolu 27 4.
Servizzi ta' kklerjar, kustodja jew ta' mmaniġjar tal-flus jew servizzi paragunabbli oħrajn imsemmija fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1 ikopru biss dawk is-servizzi sakemm jingħataw fil-kuntest ta' relazzjoni stabbilita li hija ta' importanza kritika għad-depożitant. Depożiti msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 1 jkollhom limitazzjonijiet legali jew operazzjonali sinifikanti li jagħmlu l-prelevamenti sinifikanti fi żmien 30 jum tal-kalendarju mhux probabbli. Fondi li jaqbżu dawk meħtieġa għall-forniment ta' servizzi operazzjonali jiġu ttrattati bħala depożiti mhux operazzjonali.
Artikolu 27 5.
Depożiti li jirriżultaw minn relazzjoni bankarja korrispondenti jew mill-forniment ta' servizzi ta' senserija primarja ma jiġux ittrattati bħala depożitu operazzjonali u jirċievu rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 %.
Artikolu 27 6.

Sabiex jiġu identifikati d-depożiti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, istituzzjoni ta' kreditu tqis li hemm relazzjoni operazzjonali stabbilita ma' klijent mhux finanzjarju, esklużi depożiti b'terminu, depożiti ta' tfaddil u depożiti b'senserija, fejn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

ir-rimunerazzjoni tal-kont hija pprezzata mill-inqas b'5 punti bażi inqas mir-rata prevalenti għal depożiti bl-ingrossa b'karatteristiċi paragunabbli, iżda mhux bilfors ikunu negattivi;

(b) 

id-depożitu jinżamm fil-kontijiet speċifikament magħżula u jiġi pprezzat mingħajr il-ħolqien ta' inċentivi ekonomiċi għad-depożitant, li jaqbżu lil dawk li huma meħtieġa għar-relazzjoni operazzjonali, sabiex iżomm fondi fid-depożitu;

(c) 

tranżazzjonijiet materjali huma kkreditati u ddebitati fuq bażi frekwenti fuq il-kont ikkunsidrat;

(d) 

huwa sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) 

ir-relazzjoni mad-depożitant ilha teżisti għal mill-inqas 24 xahar;

(ii) 

id-depożitu huwa użat għall-minimu ta' żewġ (2) servizzi attivi. Dawn is-servizzi jistgħu jinkludu aċċess dirett jew indirett għal servizzi ta' pagament nazzjonali jew internazzjonali, titoli għan-negozjar jew servizzi depożitarji.

Hija biss dik il-parti tad-depożitu meħtieġa biex jintuża s-servizz li d-depożitu huwa prodott inċidentali tiegħu li tiġi ttrattata bħala depożitu operazzjonali. L-eċċess jiġi ttrattat bħala mhux operazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.