+Artikolu 31 9.
|
Artikolu 31 9.
Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 8, istituzzjonijiet ta' kreditu li ġew stabbiliti u li huma sponsorjati mill-gvern ċentrali jew reġjonali ta' mill-inqas Stat Membru wieħed jistgħu japplikaw it-trattamenti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li huma estiżi għal mutwanti promozzjonali għall-iskop uniku ta' finanzjament dirett jew indirett ta' self promozzjonali, diment li dan is-self jissodisfa r-rekwiżiti għar-rati tal-fluss ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafi 3 u 4. Permezz ta' deroga mill-punt (g) tal-Artikolu 32(3), meta dan is-self promozzjonali jiġi estiż bħala self ittrasferit permezz ta' istituzzjoni ta' kreditu oħra li taġixxi bħala intermedjarja, l-istituzzjoni ta' kreditu li taġixxi bħala intermedjarja tista' tapplika fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ simmetriċi. Dak il-fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġi applikat il-kreditu jew il-faċilità ta' likwidità impenjati mhux prelevati riċevuti u li estendew ir-rata li hija applikabbli għal dik il-faċilità skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti imposti f'mod ieħor huma relatati permezz ta' dan il-paragrafu. Is-self promozzjonali msemmi f'dan il-paragrafu jkun disponibbli biss għal persuni li mhumiex klijenti finanzjarji fuq bażi mhux kompetittiva, mingħajr skop ta' qligħ, sabiex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali ta' dak l-Istat Membru. Għandu jkun possibbli biss li jsir użu minn faċilitajiet bħal dawn wara t-talba raġonevolment mistennija għal self promozzjonali, u sal-ammont ta' din it-talba, diment li jkun hemm rapportar sussegwenti fuq l-użu tal-fondi mqassma.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|