+Artikolu 31 Flussi ta' ħruġ minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.
---+Artikolu 31 8.
---+Artikolu 31 9.

Artikolu 31 Flussi ta' ħruġ minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità

Flussi ta' ħruġ minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
Għall-fini ta' dan l-Artikolu, faċilità ta' likwidità tinftiehem li tfisser kwalunkwe faċilità ta' riżerva impenjata u mhux prelevata li tintuża biex tiffinanzja mill-ġdid l-obbligi tad-dejn ta' klijent f'sitwazzjonijiet meta t-tali klijent ma jkunx jista' jġedded dak id-dejn fis-swieq finanzjarji. L-ammont tagħha jiġi kkalkolat bħala l-ammont tad-dejn maħruġ mill-klijent li jkun attwalment pendenti u li jimmatura fi żmien 30 jum tal-kalendarju li huwa b'garanzija ta' kontinġenza mill-faċilità. Is-sehem mill-faċilità ta' likwidità li qed isostni dejn li ma jimmaturax fi żmien 30 jum tal-kalendarju jiġi eskluż mill-iskop tad-definizzjoni tal-faċilità. Kwalunkwe kapaċità addizzjonali tal-faċilità tiġi ttrattata bħala faċilità ta' kreditu impenjata, bir-rata tal-ġbid ta' kreditu assoċjata kif speċifikata f'dan l-Artikolu. Faċilitajiet ġenerali ta' kapital imħaddem għal entitajiet korporattivi mhumiex se jiġu kklassifikati bħala faċilitajiet ta' likwidità, iżda bħala faċilitajiet ta' kreditu.
Artikolu 31 2.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkolaw il-flussi ta' ħruġ għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità billi jimmoltiplikaw l-ammont tal-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità bir-rati tal-flussi ta' ħruġ korrispondenti stabbiliti fil-paragrafi minn 3 sa 5. Flussi ta' ħruġ minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati jiġu ddeterminati bħala perċentwali tal-ammont massimu li jista' jinġibed fi żmien 30 jum tal-kalendarju, netti minn kwalunkwe rekwiżit ta' likwidità li jkun applikabbli skont l-Artikolu 23 għall-elementi għall-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u netti minn kwalunkwe kollateral disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu u vvalutati skont l-Artikolu 9, diment li l-kollateral jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jista' jerġa' jintuża jew jiġi ipotekat mill-istituzzjoni ta' kreditu;

(b) 

jinżamm fil-forma ta' assi likwidi, iżda mhuwiex rikonoxxut bħala parti mir-riżerva ta' likwidità;

(c) 

ma jikkonsistix f'assi maħruġa mill-kontroparti tal-faċilità jew waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.

Jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu, l-ammont massimu li jista' jinġibed għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità jiġi ddeterminat bħala l-ammont massimu li jista' jinġibed minħabba obbligi proprji tal-kontroparti jew minħabba l-iskeda kuntrattwali predefinita għall-ġbid ta' kreditu li jkun se jsir dovut fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju.

Artikolu 31 3.
L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati u faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati fi żmien it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss jiġi mmoltiplikat b'5 % jekk dawn jikkwalifikaw għall-klassi ta' skoperturi ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur.
Artikolu 31 4.

L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati fi żmien 30 jum tal-kalendarju jiġi mmoltiplikat b'10 % meta dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ma jikkwalifikawx għall-klassi ta' skoperturi ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur;

(b) 

ikunu ġew ipprovduti lil klijenti li huma klijenti mhux finanzjarji, inklużi korporazzjonijiet mhux finanzjarji, emittenti sovrani, banek ċentrali, banek multilaterali tal-iżvilupp u entitajiet tas-settur pubbliku;

(c) 

ma jkunux ġew ipprovduti għall-iskop li jiġi sostitwit il-finanzjament tal-klijent f'sitwazzjonijiet fejn il-klijent ma jkunx jista' jikseb ir-rekwiżiti ta' finanzjament fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 31 5.
L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati fi żmien it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss jiġi mmoltiplikat bi 30 % fejn dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 il-punti (a) u (b), u b'40 % meta dawn huma pprovduti lil kumpaniji ta' investiment personali.
Artikolu 31 6.
L-ammont impenjat mhux prelevat ta' faċilità ta' likwidità li jkun ġie pprovdut lil SSPE bil-għan li jippermetti lill-SSPE tixtri assi, għajr titoli, mingħand klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji, għandu jiġi mmultiplikat b'10 % sal-punt li jaqbeż l-ammont ta' assi attwalment mixtrija mingħand il-klijenti u meta l-ammont massimu li jista' jiġi prelevat ikun kuntrattwalment limitat għall-ammont ta' assi attwalment mixtrija.
Artikolu 31 7.
L-istituzzjoni ċentrali ta' skema jew netwerk imsemmija fl-Artikolu 16 timmoltiplika b'rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 75 % il-finanzjament tal-likwidità impenjata lil istituzzjoni ta' kreditu membru fejn tali istituzzjoni ta' kreditu membru tista' tittratta l-finanzjament tal-likwidità bħala assi likwidu skont l-Artikolu 16(2). Ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 75 % tiġi applikata fuq l-ammont prinċipali impenjat tal-finanzjament tal-likwidità.
Artikolu 31 8.

L-istituzzjoni ta' kreditu timmoltiplika l-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati u ta' likwidità impenjati mhux prelevati oħrajn fi żmien 30 jum tal-kalendarju bir-rata tal-fluss ta' ħruġ korrispondenti kif ġej:

(a) 

40 % għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità estiżi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għall-faċilitajiet ta' kreditu estiżi għal istituzzjonijiet irregolati finanzjarji oħrajn, inklużi impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment, CIUs jew skema ta' investiment limitat;

(b) 

100 % għall-faċilitajiet ta' likwidità li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tat lil SSPEs ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 6 u għall-arranġamenti li bihom l-istituzzjoni hija meħtieġa li tixtri jew tpartat assi minn SSPE;

(c) 

100 % għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità lil klijenti finanzjarji mhux imsemmija fil-punti (a) u (b) u l-paragrafi 1 sa 7.

Artikolu 31 9.
Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 8, istituzzjonijiet ta' kreditu li ġew stabbiliti u li huma sponsorjati mill-gvern ċentrali jew reġjonali ta' mill-inqas Stat Membru wieħed jistgħu japplikaw it-trattamenti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li huma estiżi għal mutwanti promozzjonali għall-iskop uniku ta' finanzjament dirett jew indirett ta' self promozzjonali, diment li dan is-self jissodisfa r-rekwiżiti għar-rati tal-fluss ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.

Permezz ta' deroga mill-punt (g) tal-Artikolu 32(3), meta dan is-self promozzjonali jiġi estiż bħala self ittrasferit permezz ta' istituzzjoni ta' kreditu oħra li taġixxi bħala intermedjarja, l-istituzzjoni ta' kreditu li taġixxi bħala intermedjarja tista' tapplika fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ simmetriċi. Dak il-fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġi applikat il-kreditu jew il-faċilità ta' likwidità impenjati mhux prelevati riċevuti u li estendew ir-rata li hija applikabbli għal dik il-faċilità skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti imposti f'mod ieħor huma relatati permezz ta' dan il-paragrafu.

Is-self promozzjonali msemmi f'dan il-paragrafu jkun disponibbli biss għal persuni li mhumiex klijenti finanzjarji fuq bażi mhux kompetittiva, mingħajr skop ta' qligħ, sabiex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali ta' dak l-Istat Membru. Għandu jkun possibbli biss li jsir użu minn faċilitajiet bħal dawn wara t-talba raġonevolment mistennija għal self promozzjonali, u sal-ammont ta' din it-talba, diment li jkun hemm rapportar sussegwenti fuq l-użu tal-fondi mqassma.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.