|
+Artikolu 32 2. |
Artikolu 32 2.L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw ir-rata tal-fluss ta' dħul ta' 100 % għal flussi ta' dħul msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari dawn il-flussi ta' dħul:
(a)
il-flejjes dovuti minn banek ċentrali u klijenti finanzjarji b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju;
(b)
il-flejjes dovuti mit-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju;
(c)
il-flejjes dovuti minn titoli li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju;
(d)
il-flejjes dovuti minn pożizzjonijiet f'indiċijiet prinċipali ta' strumenti ta' ekwità, dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn. Dawk il-flejjes għandhom jinkludu l-flejjes kuntrattwalment dovuti fi żmien 30 jum kalendarju, bħal dividendi fi flus kontanti minn dawk l-indiċijiet prinċipali u flus kontanti dovuti minn dawk l-istrumenti ta' ekwità mibjugħa iżda li għadhom ma ġewx saldati, jekk ma jiġux rikonoxxuti bħala assi likwidi f'konformità mat-Titolu II. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|