+Artikolu 32 Flussi ta' dħul
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
---+Artikolu 32 7.
---+Artikolu 32 8.
|
Artikolu 32 Flussi ta' dħul
Flussi ta' dħul
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Il-flussi ta' dħul tal-likwidità jiġu vvalutati fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju. Ikunu jinkludu flussi ta' dħul kuntrattwali biss minn skoperturi li għadhom ma skadewx u li l-istituzzjoni ta' kreditu ma jkollha l-ebda raġuni għalfejn tistenna minnhom nuqqas ta' prestazzjoni fi żmien 30 jum tal-kalendarju.
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw ir-rata tal-fluss ta' dħul ta' 100 % għal flussi ta' dħul msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari dawn il-flussi ta' dħul:
(a)
il-flejjes dovuti minn banek ċentrali u klijenti finanzjarji b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju;
(b)
il-flejjes dovuti mit-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju;
(c)
il-flejjes dovuti minn titoli li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju;
(d)
il-flejjes dovuti minn pożizzjonijiet f'indiċijiet prinċipali ta' strumenti ta' ekwità, dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn. Dawk il-flejjes għandhom jinkludu l-flejjes kuntrattwalment dovuti fi żmien 30 jum kalendarju, bħal dividendi fi flus kontanti minn dawk l-indiċijiet prinċipali u flus kontanti dovuti minn dawk l-istrumenti ta' ekwità mibjugħa iżda li għadhom ma ġewx saldati, jekk ma jiġux rikonoxxuti bħala assi likwidi f'konformità mat-Titolu II.
|
|
Artikolu 32 3.
|
B'deroga mill-paragrafu 2, il-flussi ta' dħul stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-flejjes dovuti mingħand klijenti mhux finanzjarji b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju, bl-eċċezzjoni tal-flejjes dovuti minn dawk il-klijenti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ jew titoli li jimmaturaw, għandhom jitnaqqsu għall-finijiet tal-ħlas tal-kapital b'50 % tal-valur tagħhom. Għall-finijiet ta' dan il-punt, it-terminu ‘klijenti mhux finanzjarji’ għandu l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 31a(2). Madankollu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jaġixxu bħala intermedjarji li rċevew impenn kif riferut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(9) mingħand istituzzjoni ta' kreditu mwaqqfa u sponsorjata mill-gvern reġjonali jew ċentrali ta' mill-inqas Stat Membru wieħed sabiex ikunu jistgħu jiżborżaw self promozzjonali lil riċevitur finali, jew li rċevew impenn simili minn bank multilaterali ta' żvilupp jew entità tas-settur pubbliku, jistgħu jikkunsidraw fluss ta' dħul sal-ammont tal-fluss ta' ħruġ li japplika għall-impenn korrispondenti biex jiġi estiż dak is-self promozzjonali;
▼M2
(b)
il-flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali b’maturità residwa ta’ mhux aktar minn 30 jum tal-kalendarju għandhom jiġu mmultiplikati bi:
▼M1
(i)
0 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 1 imsemmija fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);
(ii)
7 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);
(iii)
15 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 11 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2 A msemmija fl-Artikolu 11;
(iv)
25 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (i), (ii) jew (iv) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);
(v)
30 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);
(vi)
35 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (iii) jew (v) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);
(vii)
50 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (b), (c) jew (f) tal-Artikolu 12(1);
(viii)
il-perċentwal tat-telf impost minimu stabbilit f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 15 bħala ishma jew unitajiet fis-CIUs tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti;
(ix)
100 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li ma jaqgħux taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (i) sa (viii) ta' dan il-punt.
Madankollu, ma għandu jkun rikonoxxut l-ebda fluss ta' dħul jekk il-kollateral jintuża mill-istituzzjoni ta' kreditu sabiex ikopri pożizzjoni qasira f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 30(5);
(c)
il-flejjes dovuti minn self b'marġini kuntrattwali li jimmatura fit-30 jum kalendarju li jkun imiss magħmul kontra kollateral ta' assi mhux likwidi jistgħu jirċievu rata ta' fluss ta' dħul ta' 50 %. Dawk il-flussi ta' dħul jistgħu jiġu kkunsidrati biss fejn l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx qed tuża l-kollateral li oriġinarjament irċeviet kontra s-self sabiex tkopri kwalunkwe pożizzjoni qasira;
(d)
il-flejjes dovuti li l-istituzzjoni ta' kreditu li għandha tagħti dawk il-flejjes tittratta f'konformità mal-Artikolu 27, bl-eċċezzjoni ta' depożiti fl-istituzzjoni ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3), għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' fluss ta' dħul simmetrika korrispondenti. Meta r-rata korrispondenti ma tkunx tista' tiġi stabbilita, għandha tiġi applikata rata ta' fluss ta' dħul ta' 5 %;
(e)
L-iswaps kollaterali u tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili, li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, għandhom iwasslu għal fluss ta' dħul meta l-assi meħud b'self ikun soġġett għal telf impost skont il-Kapitolu 2 li jkun aktar baxx minn dak tal-assi mogħti b'self. Il-fluss ta' dħul għandu jiġi kkalkulat billi l-valur tas-suq tal-assi mogħti b'self jiġi mmultiplikat bid-differenza bejn ir-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi meħud b'self u fir-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi mogħti b'self f'konformità mar-rati speċifikati fil-punt (b). Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, telf impost fuq il-kredituri ta' 100 % japplika għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi;
(f)
fejn il-kollateral miksub permezz ta' ftehim ta' riakkwist invers, teħid b'self ta' titoli, swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, jintuża sabiex ikopri l-pożizzjonijiet qosra li jistgħu jiġu estiżi lil hinn minn 30 jum kalendarju, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tassumi li tali ftehim ta' riakkwist invers, teħid b'self ta' titoli, swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili se jiġu riportati u ma jwasslu għal ebda fluss ta' dħul ta' flus li jirrifletti l-ħtieġa li tkompli tiġi koperta l-pożizzjoni qasira jew li jiġu riakkwistati t-titoli rilevanti. Il-pożizzjonijiet qosra se jinkludu ż-żewġ każijiet fejn, f'valur kontabilistiku rikonċiljat, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun biegħet direttament titolu b'pożizzjoni qasira bħala parti minn strateġija kummerċjali jew ta' ħħeġġjar, kif ukoll każijiet fejn, f'valur kontabilistiku rikonċiljat, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ħadet titolu b'self għal perjodu partikolari u tat dak it-titolu b'self għal perjodu itwal;
(g)
faċilitajiet ta' kreditu jew likwidità mhux prelevati, inklużi faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati minn banek ċentrali u kwalunkwe impenji oħrajn riċevuti, minbarra dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(9) u fl-Artikolu 34, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala fluss ta' dħul;
(h)
il-flejjes dovuti minn titoli maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni li magħha l-istituzzjoni ta' kreditu għandha konnessjonijiet mill-qrib għandhom jiġu kkunsidrati fuq bażi netta b'rata ta' fluss ta' dħul applikata fuq il-bażi tar-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi sottostanti f'konformità ma' dan l-Artikolu;
(i)
is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita għandu jiġi kkunsidrat b'rata ta' fluss ta' dħul ta' 20 %, dment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni ta' kreditu tirtira jew titlob li jsir ħlas fi żmien 30 jum kalendarju.
|
|
Artikolu 32 4.
|
►M2
Il-paragrafu 3, il-punt (a), ma għandux japplika għal flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali li huma kollateralizzati minn assi likwidi skont it-Titolu II kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b). ◄ Il-flussi ta' dħul mir-rilaxx ta' bilanċi miżmuma f'kontijiet segregati skont ir-rekwiżiti regolatorji għall-protezzjoni ta' assi kurrenti ta' klijenti jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ, dejjem jekk dawn il-bilanċi segregati jinżammu f'assi likwidi kif definit fit-Titolu II.
|
|
Artikolu 32 5.
|
Il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mid-derivattivi ta' kreditu għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi netta f'konformità mal-Artikolu 21 u għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' flus ta' dħul ta' 100 % fil-każ ta' fluss ta' dħul nett.
|
|
Artikolu 32 6.
|
L-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jikkunsidraw l-ebda fluss ta' dħul minn kwalunkwe wieħed mill-assi likwidi msemmija fit-Titolu II għajr il-pagamenti dovuti fuq assi li mhumiex riflessi fil-valur tas-suq tal-ass.
|
|
Artikolu 32 7.
|
L-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jikkunsidraw l-ebda fluss ta' dħul minn kull obbligu ġdid li jkunu daħlu għalih.
|
|
Artikolu 32 8.
|
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkunsidraw flussi ta' dħul ta' likwidità li għandhom jirċievu f'pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq trasferimenti jew li jkunu denominati f'muniti mhux konvertibbli biss sakemm dawn jikkorrispondu għall-flussi ta' ħruġ rispettivament fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|