|
+Artikolu 32 3. |
Artikolu 32 3.B'deroga mill-paragrafu 2, il-flussi ta' dħul stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-flejjes dovuti mingħand klijenti mhux finanzjarji b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju, bl-eċċezzjoni tal-flejjes dovuti minn dawk il-klijenti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ jew titoli li jimmaturaw, għandhom jitnaqqsu għall-finijiet tal-ħlas tal-kapital b'50 % tal-valur tagħhom. Għall-finijiet ta' dan il-punt, it-terminu ‘klijenti mhux finanzjarji’ għandu l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 31a(2). Madankollu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jaġixxu bħala intermedjarji li rċevew impenn kif riferut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(9) mingħand istituzzjoni ta' kreditu mwaqqfa u sponsorjata mill-gvern reġjonali jew ċentrali ta' mill-inqas Stat Membru wieħed sabiex ikunu jistgħu jiżborżaw self promozzjonali lil riċevitur finali, jew li rċevew impenn simili minn bank multilaterali ta' żvilupp jew entità tas-settur pubbliku, jistgħu jikkunsidraw fluss ta' dħul sal-ammont tal-fluss ta' ħruġ li japplika għall-impenn korrispondenti biex jiġi estiż dak is-self promozzjonali;
(b)
il-flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali b’maturità residwa ta’ mhux aktar minn 30 jum tal-kalendarju għandhom jiġu mmultiplikati bi:
(i)
0 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 1 imsemmija fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);
(ii)
7 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);
(iii)
15 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 11 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2 A msemmija fl-Artikolu 11;
(iv)
25 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (i), (ii) jew (iv) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);
(v)
30 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);
(vi)
35 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (iii) jew (v) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);
(vii)
50 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (b), (c) jew (f) tal-Artikolu 12(1);
(viii)
il-perċentwal tat-telf impost minimu stabbilit f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 15 bħala ishma jew unitajiet fis-CIUs tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti;
(ix)
100 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li ma jaqgħux taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (i) sa (viii) ta' dan il-punt. Madankollu, ma għandu jkun rikonoxxut l-ebda fluss ta' dħul jekk il-kollateral jintuża mill-istituzzjoni ta' kreditu sabiex ikopri pożizzjoni qasira f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 30(5);
(c)
il-flejjes dovuti minn self b'marġini kuntrattwali li jimmatura fit-30 jum kalendarju li jkun imiss magħmul kontra kollateral ta' assi mhux likwidi jistgħu jirċievu rata ta' fluss ta' dħul ta' 50 %. Dawk il-flussi ta' dħul jistgħu jiġu kkunsidrati biss fejn l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx qed tuża l-kollateral li oriġinarjament irċeviet kontra s-self sabiex tkopri kwalunkwe pożizzjoni qasira;
(d)
il-flejjes dovuti li l-istituzzjoni ta' kreditu li għandha tagħti dawk il-flejjes tittratta f'konformità mal-Artikolu 27, bl-eċċezzjoni ta' depożiti fl-istituzzjoni ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3), għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' fluss ta' dħul simmetrika korrispondenti. Meta r-rata korrispondenti ma tkunx tista' tiġi stabbilita, għandha tiġi applikata rata ta' fluss ta' dħul ta' 5 %;
(e)
L-iswaps kollaterali u tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili, li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, għandhom iwasslu għal fluss ta' dħul meta l-assi meħud b'self ikun soġġett għal telf impost skont il-Kapitolu 2 li jkun aktar baxx minn dak tal-assi mogħti b'self. Il-fluss ta' dħul għandu jiġi kkalkulat billi l-valur tas-suq tal-assi mogħti b'self jiġi mmultiplikat bid-differenza bejn ir-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi meħud b'self u fir-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi mogħti b'self f'konformità mar-rati speċifikati fil-punt (b). Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, telf impost fuq il-kredituri ta' 100 % japplika għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi;
(f)
fejn il-kollateral miksub permezz ta' ftehim ta' riakkwist invers, teħid b'self ta' titoli, swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, jintuża sabiex ikopri l-pożizzjonijiet qosra li jistgħu jiġu estiżi lil hinn minn 30 jum kalendarju, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tassumi li tali ftehim ta' riakkwist invers, teħid b'self ta' titoli, swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili se jiġu riportati u ma jwasslu għal ebda fluss ta' dħul ta' flus li jirrifletti l-ħtieġa li tkompli tiġi koperta l-pożizzjoni qasira jew li jiġu riakkwistati t-titoli rilevanti. Il-pożizzjonijiet qosra se jinkludu ż-żewġ każijiet fejn, f'valur kontabilistiku rikonċiljat, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun biegħet direttament titolu b'pożizzjoni qasira bħala parti minn strateġija kummerċjali jew ta' ħħeġġjar, kif ukoll każijiet fejn, f'valur kontabilistiku rikonċiljat, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ħadet titolu b'self għal perjodu partikolari u tat dak it-titolu b'self għal perjodu itwal;
(g)
faċilitajiet ta' kreditu jew likwidità mhux prelevati, inklużi faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati minn banek ċentrali u kwalunkwe impenji oħrajn riċevuti, minbarra dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(9) u fl-Artikolu 34, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala fluss ta' dħul;
(h)
il-flejjes dovuti minn titoli maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni li magħha l-istituzzjoni ta' kreditu għandha konnessjonijiet mill-qrib għandhom jiġu kkunsidrati fuq bażi netta b'rata ta' fluss ta' dħul applikata fuq il-bażi tar-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi sottostanti f'konformità ma' dan l-Artikolu;
(i)
is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita għandu jiġi kkunsidrat b'rata ta' fluss ta' dħul ta' 20 %, dment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni ta' kreditu tirtira jew titlob li jsir ħlas fi żmien 30 jum kalendarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|