+KAPITOLU II APPROĊĊ SIMPLIFIKAT GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA
---+Artikolu 4 Kundizzjonijiet għall-użu ta' approċċ simplifikat
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
---+Artikolu 5 Determinazzjoni tal-AVA bl-approċċ simplifikat
---+Artikolu 6 Determinazzjoni tal-AVA totali kalkolati bl-approċċ simplifikat

KAPITOLU II APPROĊĊ SIMPLIFIKAT GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA

KAPITOLU II APPROĊĊ SIMPLIFIKAT GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 Kundizzjonijiet għall-użu ta' approċċ simplifikat

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għall-użu ta' approċċ simplifikat

1.  L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-metodu ssimplifikat deskritt f'dan il-Kapitolu biss jekk is-somma tal-valur assolut tal-assi u l-obbligazzjonijiet b'valur ġust, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, huwa inqas minn EUR 15-il biljun.

2.  Assi u obbligazzjonijiet b'valur ġust li jaqblu eżatt u ta' tpaċija jkunu esklużi mill-kalkolu tal-paragrafu 1. Għall-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li bidla fi stima tal-kontabilità jkollha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni (Common Equity Tier 1, “CET1”), il-valuri tagħhom jiġu inklużi biss skont valutazzjoni rilevanti tal-impatt ta' bidla f'kapital tas-CET1.

3.  Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 japplikaw fuq bażi individwali u konsolidata. Meta jkun inqabeż il-livell limitu fuq bażi konsolidata, l-approċċ ewlieni jiġi applikat għall-entitajiet kollha inklużi fil-konsolidazzjoni.

4.  Meta l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ sempliċi jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjoni tal-paragrafu 1 għal żewġ trimestri konsekuttivi, jinnotifikaw immedjatament lill-awtorità kompetenti rilevanti u jaqblu dwar pjan biex jimplimentaw l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 3 fi żmien sitt xhur.

Artikolu 5 Determinazzjoni tal-AVA bl-approċċ simplifikat

Artikolu 5

Determinazzjoni tal-AVA bl-approċċ simplifikat

L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA bl-approċċ simplifikat bħala 0,1 % tas-somma tal-valur assolut tal-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li huma inklużi fil-limitu ta' kalkolu stipulat fl-Artikolu 4.

Artikolu 6 Determinazzjoni tal-AVA totali kalkolati bl-approċċ simplifikat

Artikolu 6

Determinazzjoni tal-AVA totali kalkolati bl-approċċ simplifikat

Għall-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ simplifkat, it-total tal-AVA għall-iskop tal-Artikolu 1 ikun l-AVA li jirriżulta mill-kalkolu tal-Artikolu 5.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0101
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.