5. Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkomunikaw data indikattiva lill-istituzzjonijiet tal-grupp li għalih huma rispettivament responsabbli għall-konsultazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 dwar l-aspetti tad-dokumenti tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti jekk dawn l-istituzzjonijiet ikunu kkonċernati.
Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkomunikaw data mistennija lill-istituzzjonijiet tal-grupp li għalih huma rispettivament responsabbli għall-komunikazzjoni msemmija fil-punt (k) tal-paragrafu 2.