+Artikolu 3 L-ippjanar tal-istadji tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5

Artikolu 3 L-ippjanar tal-istadji tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Qabel ma jibda l-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti s-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jaqblu dwar skeda ta' żmien tal-passi li għandhom jiġu segwiti f'dan il-proċess (minn hawn 'il quddiem “l-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet konġunti”). F'każ ta' nuqqas ta' ftehim, is-superviżur konsolidanti jistabbilixxi l-iskeda ta' żmien wara li jikkunsidra l-opinjonijiet u r-riżervi espressi mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Artikolu 3 2

2.   L-iskeda tad-deċiżjonjiet konġunti tiġi aġġornata mill-anqas kull sena u tinkludi l-istadji li ġejjin:

(a)

ftehim dwar l-involviment ta' awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4;

(b)

sottomissjoni tar-rapporti SREP u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 5 u kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4(2);

(c)

sottomissjoni tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp mis-superviżur konsolidant lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 6(6) u lil awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4(3), u l-Artikolu 6(7);

(d)

djalogu bejn is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, dwar l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp skont l-Artikolu 7;

(e)

sottomissjoni tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp mis-superviżur konsolidant lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 8(2) u awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4(3), u l-Artikolu 8(5);

(f)

sottomissjoni ta' kontribuzzjonijiet għall-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti lis-superviżur konsolidant skont l-Artikolu 9(1);

(g)

sottomissjoni tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u dokument tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 11(5);

(h)

konsultazzjoni dwar l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-dokumenti tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mal-istituzzjoni prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-grupp, fejn tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;

(i)

djalogu bejn is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità;

(j)

teħid tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità skont l-Artikolu 12;

(k)

komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità mis-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-grupp skont l-Artikolu 13;

(l)

ftehim dwar l-iskeda ta' żmien tas-sena ta' wara għall-ippjanar tal-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti.

Artikolu 3 3

3.   Id-deċiżjonijiet konġunti tal-iskeda ta' żmien tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

tirrifletti l-ambitu u l-kumplessità ta' kull kompitu, b'kunsiderazzjoni għad-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-grupp kif ukoll il-profil tar-riskju tiegħu;

(b)

tqis, sa fejn ikun possibbli, l-impenji tas-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont il-programm ta' eżami superviżorju msemmi fil-punt (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 116(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 3 4

4.   Fejn ikun xieraq, b'mod partikolari sabiex tintwera l-urġenza ta' kull aġġornament straordinarju li sar skont l-Artikoli 20 u 21, l-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet konġunti tiġi eżaminata mill-ġdid.

Artikolu 3 5

5.   Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkomunikaw data indikattiva lill-istituzzjonijiet tal-grupp li għalih huma rispettivament responsabbli għall-konsultazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 dwar l-aspetti tad-dokumenti tal-abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti jekk dawn l-istituzzjonijiet ikunu kkonċernati.

Is-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkomunikaw data mistennija lill-istituzzjonijiet tal-grupp li għalih huma rispettivament responsabbli għall-komunikazzjoni msemmija fil-punt (k) tal-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.