+Artikolu 4 Involviment ta' awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4

Artikolu 4 Involviment ta' awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Is-superviżur konsolidant jista' jiddeċiedi li jinvolvi awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-produzzjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp. Dawn id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq ir-rilevanza tal-fergħa jew l-istituzzjoni fil-grupp u l-importanza tagħha għas-suq lokali.

Dan l-involviment ikun soġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità ekwivalenti għal dawk tat-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE u, fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

L-ekwivalenza tiġi vvalutata mis-superviżur konsolidant u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha.

Artikolu 4 2

2.   Fejn is-superviżur konsolidant jiddeċiedi li jinvolvi awtorità kompetenti oħra kif definit fl-Artikolu 2(2) jew awtorità kompetenti ta' pajjiż terz, iż-żewġ awtoritajiet jilħqu ftehim dwar l-ambitu ta' involviment tal-awtorità kompetenti l-oħra jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. Dawn il-ftehimiet huma permessi għall-finijiet li ġejjin:

(a)

jipprovdu kontribuzzjonijiet tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lis-superviżur konsolidant;

(b)

jżiedu l-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bħala annessi mal-abbozz tar-rapport finali tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.

Artikolu 4 3

3.   Fejn is-superviżur konsolidant jiddeċiedi li jinvolvi awtoritajiet kompetenti oħra jew awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, is-superviżur konsolidant ma jipprovdix l-abbozz tar-rapporti finali tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi mingħajr kunsens mingħand l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha.

Artikolu 4 4

4.   Is-superviżur konsolidant iżomm lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti infurmati b'mod sħiħ dwar l-ambitu, il-livell u n-natura tal-involviment ta' awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u sa liema punt ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ibbenefika mill-kontribuzzjonijiet tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.