+Artikolu 6 Tħejjija tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7

Artikolu 6 Tħejjija tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Is-superviżur konsolidant iħejji abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp ibbażati fuq kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rapport SREP tiegħu stess jew ir-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità dwar l-istituzzjoni prinċipali tal-UE u l-grupp;

(b)

ir-rapporti SREP jew ir-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità dwar is-sussidjarji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 5;

(c)

kontribuzzjonijiet minn awtoritajiet kompetenti oħra u awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 4(2).

Artikolu 6 2

2.   Ir-rapporti SREP u r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 flimkien mal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu jiżdiedu bħala annessi mal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.

Artikolu 6 3

3.   L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp jinkludu r-riżultati tal-valutazzjoni ta' jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-grupp u l-istituzzjonijiet tiegħu u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnhom jiżgurawx ġestjoni xierqa u kopertura tar-riskji tagħhom.

Artikolu 6 4

4.   L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jitħejja billi jintuża l-mudell fl-Anness III. Dan ir-rapport jiġi ssupplimentat b'taqsiriet tar-riżultati skont it-Tabella 1 tal-Anness IV u t-taqsira tal-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali skont it-Tabella 2 tal-Anness IV.

L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jitħejja billi jintuża l-mudell fl-Anness III. Dan ir-rapport jiġi ssupplimentat b'taqsiriet tar-riżultati skont it-Tabella 1 tal-Anness VIII u t-taqsira tal-valutazzjoni tal-likwidità skont it-Tabella 2 tal-Anness VIII.

Artikolu 6 5

5.   F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, is-superviżur konsolidant jiżgura dan kollu li ġej:

(a)

il-valutazzjoni konġunta tirrifletti r-rilevanza tal-istituzzjonijiet fil-grupp u l-importanza tagħhom fis-suq lokali;

(b)

l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp jindikaw kif din ir-rilevanza kif ukoll l-importanza tagħhom ġew ikkunsidrati.

Artikolu 6 6

6.   Is-superviżur konsolidant jipprovdi l-abbozz tar-rapporti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-ħin u f'kull każ sal-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt (c) tal-Artikolu 3(2).

Artikolu 6 7

7.   Soġġett għall-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4(3), is-superviżur konsolidant jista' jipprovdi r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.