+Artikolu 8 Finalizzazzjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
|
Artikolu 8 Finalizzazzjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Skont id-djalogu msemmi fl-Artikolu 7, is-superviżur konsolidant jiffinalizza r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp skont il-format u l-kontenut tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp, kif stipulat fl-Artikolu 6. Is-superviżur konsolidant jispjega kull bidla materjali introdotta fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp. Il-bidliet jirriflettu l-eżitu tad-djalogu u jinkludu aġġornamenti xierqa għall-annessi tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Is-superviżur konsolidanti jipprovdi r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-ħin u f'kull każ qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fl-iskeda tad-deċiżjonijiet konġunti skont il-punt(e) tal-Artikolu 3(2).
|
|
Artikolu 8 3
|
3. Skont il-punt (a) tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE is-sottomissjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jwassal għall-bidu tal-perjodu ta' erba' xhur biex jittieħdu d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital.
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Skont il-punt (b) tal-Artikolu 113(2) tad-Direttiva 2013/36/UE s-sottomissjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jwassal għall-bidu tal-perjodu ta' xahar biex jittieħdu d-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità.
|
|
Artikolu 8 5
|
5. Soġġett għall-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4(3), is-superviżur konsolidant jista' jipprovdi r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|