1. Skont id-djalogu msemmi fl-Artikolu 7, is-superviżur konsolidant jiffinalizza r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp skont il-format u l-kontenut tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp, kif stipulat fl-Artikolu 6. Is-superviżur konsolidant jispjega kull bidla materjali introdotta fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp jew fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp. Il-bidliet jirriflettu l-eżitu tad-djalogu u jinkludu aġġornamenti xierqa għall-annessi tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp.