+Artikolu 17 Abbozzar tad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità li jittieħdu fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
|
Artikolu 17 Abbozzar tad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità li jittieħdu fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Deċiżjoni dwar il-likwidità meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta tiġi stipulata f'dokument li jinkludi kull waħda mill-punti li ġejjin:
|
(a)
|
l-isem tas-superviżur konsolidant jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jieħdu d-deċiżjoni dwar il-likwidità;
|
|
(b)
|
l-isem tal-grupp ta' istituzzjonijiet jew l-istituzzjoni tal-grupp li d-deċiżjoni dwar il-likwidità hija marbuta magħhom u tapplika għalihom;
|
|
(c)
|
ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, il-finalizzazzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità;
|
|
(d)
|
id-data tad-deċiżjoni dwar il-likwidità;
|
|
(e)
|
għad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fuq bażi konsolidata; il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għall-grupp ta' istituzzjonijiet f'livell konsolidat;
|
|
(f)
|
għad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fuq bażi individwali, il-konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-likwidità għall-istituzzjoni rilevanti f'livell individwali;
|
|
(g)
|
għad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fuq bażi konsolidata, il-konklużjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet sinifikanti u sejbiet materjali marbuta mas-superviżjoni tal-likwidità inkluż l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE u li jirrigwardaw il-ħtieġa għal rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi skont l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għall-grupp f'livell konsolidat;
|
|
(h)
|
għad-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fuq bażi individwali, il-konklużjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet sinifikanti u sejbiet materjali marbuta mas-superviżjoni tal-likwidità inkluż l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE u li jirrigwardaw il-ħtieġa għal rekwiżiti ta' likwidità speċifiċi għall-istituzzjoni rilevanti f'livell individwali skont l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva;
|
|
(i)
|
id-data ta' referenza li magħha huma relatati l-konklużjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (h);
|
|
(j)
|
informazzjoni dwar xi rekwiżiti prudenzjali rilevanti jew makroprudenzjali oħra, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u twissijiet;
|
|
(k)
|
deskrizzjoni ta' kif il-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riżervi espressi mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew mis-superviżur konsolidant ġew ikkunsidrati, kif applikabbli;
|
|
(l)
|
l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet fil-punti (g) sa (h), fejn applikabbli.
|
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Id-deċiżjonijiet dwar il-likwidità meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta dwar il-likwidità f'livell individwali jew konsolidat jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(2) sa (3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|