2. Meta awtorità kompetenti rilevanti titlob biex taġġorna d-deċiżjonijiet konġunti fir-rigward ta' istituzzjoni għajr istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE mas-superviżur konsolidant fuq bażi bilaterali, it-talba ssir bil-miktub u tkun raġunata b'mod sħiħ.
Is-superviżur konsolidant jikkomunika t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha. It-talba tinkludi abbozz dokument tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 jew abbozz tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-likwidità li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11. Is-superviżur konsolidant jistabbilixxi limitu ta' żmien sabiex l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jikkummentaw jekk l-aġġornament għandux jiġi indirizzat fuq bażi bilaterali.
Fejn l-ebda awtorità kompetenti rilevanti titlob biex tindirizza l-aġġornament fuq bażi mhux bilaterali sad-data stipulata speċifikata, is-superviżur konsolidant u l-awtorità kompetenti rilevanti li jkunu talbu aġġornament straordinarju jikkontribwixxu u jilħqu ftehim dwar id-deċiżjonijiet konġunti fuq bażi bilaterali.