+Artikolu 8 In-notifika tal-white paper dwar il-kriptoassi u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.

Artikolu 8 In-notifika tal-white paper dwar il-kriptoassi u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operaturi ta’ pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jinnotifikaw il-white paper tagħhom dwar il-kriptoassi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom.
Artikolu 8 2.
Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom, fuq talba, jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, meta jindirizzaw lid-detenturi prospettivi ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi f’dawk l-Istati Membri.
Artikolu 8 3.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jeħtieġu approvazzjoni minn qabel ta’ white papers dwar il-kriptoassi, u lanqas ta’ kwalunkwe komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata magħhom, qabel il-pubblikazzjoni rispettiva tagħhom.
Artikolu 8 4.

In-notifika tal-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni tar-raġuni għaliex il-kriptoassi deskritt fil-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux jitqies bħala:

(a) 

kriptoassi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 2(4);

(b) 

token tal-flus elettroniċi;jew

(c) 

token irreferenzjat ma’ assi.

Artikolu 8 5.
L-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 4 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari mill-anqas 20 jum tax-xogħol qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi.
Artikolu 8 6.
L-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom, flimkien man-notifika msemmija fil-paragrafi 1, jipprovdu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom b’lista tal-Istati Membri ospitanti, jekk ikun hemm, meta jkollhom l-intenzjoni li joffru l-kriptoassi tagħhom lill-pubbliku jew ikollhom l-intenzjoni li jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar. Huma għandhom jinformaw ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom dwar id-data tal-bidu tal-offerta maħsuba lill-pubbliku jew tal-ammissjoni għan-negozjar maħsuba u bi kwalunkwe bidla għal dik id-data.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tinnotifika lill-punt uniku ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti bl-offerta maħsuba lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba u tikkomunika lil dak il-punt uniku ta’ kuntatt, il-white paper korrispondenti dwar il-kriptoassi fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċievi l-lista tal-Istati Membri ospitanti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 8 7.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika lill-ESMA l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 kif ukoll id-data tal-bidu tal-offerta maħsuba lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba u kwalunkwe bidla għal dik id-data. Hija għandha tikkomunika tali informazzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċieviha mingħand l-offerent jew il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar.

L-ESMA għandha tqiegħed il-white paper dwar il-kriptoassigħad-disponibbiltà fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(2), sad-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.