+Artikolu 12 Modifika ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.

Artikolu 12 Modifika ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
L-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operaturi ta’ pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jimmodifikaw il-white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati tagħhom, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati tagħhom, kull meta jkun hemm fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tal-kriptoassi. Dak ir-rekwiżit għandu japplika għad-durata tal-offerta lill-pubbliku jew sakemm il-kriptoassi jkunu ammessi għan-negozjar.
Artikolu 12 2.
L-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operaturi ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jinnotifikaw il-white papers dwar il-kriptoassi modifikati tagħhom, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, u d-data tal-pubblikazzjoni maħsuba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom, inklużi r-raġunijiet għal tali modifika, tal-anqas sebat ijiem tax-xogħol qabel il-pubblikazzjoni tagħhom.
Artikolu 12 3.
Fid-data tal-pubblikazzjoni, jew aktar kmieni jekk mitlub mill-awtorità kompetenti, l-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għandhom jinformaw minnufih lill-pubbliku fuq is-sit web tagħhom dwar in-notifika ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom u għandhom jipprovdu sommarju tar-raġunijiet li għalihom ikunu nnotifikaw white paper dwar il-kriptoassi modifikata.
Artikolu 12 4.
L-ordni tal-informazzjoni f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata, u, meta applikabbli, f’komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, għandha tkun konsistenti ma’ dik tal-white paper dwar il-kriptoassi jew mal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 9.
Artikolu 12 5.
Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tasal il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tinnotifika l-white paper dwar il-kriptoassi modifikata u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti msemmija fl-Artikolu 8(6) u tikkomunika n-notifika u d-data tal-pubblikazzjoni lil ESMA.

ESMA għandha tagħmel il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata disponibbli fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(2), mal-pubblikazzjoni.

Artikolu 12 6.
L-offerenti, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew l-operaturi ta’ pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jippubblikaw il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, inklużi r-raġunijiet għal tali modifika, fuq is-sit web tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9.
Artikolu 12 7.
Il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, għandhom ikunu ttimbrati bi kronogramma. Il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata l-aktar riċenti, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, għandhom ikunu mmarkati bħala l-verżjoni applikabbli. Il-white papers dwar il-kriptoassi modifikati kollha, u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati għandhom jibqgħu disponibbli sakemm il-kriptoassi jinżammu mill-pubbliku.
Artikolu 12 8.
Meta l-offerta lill-pubbliku tkun tikkonċerna token ta’ utilità li jipprovdi aċċess għal prodotti u servizzi li għadhom ma jeżistux jew li għadhom mhux qed joperaw, tibdiliet magħmula fil-white paper dwar il-kriptoassi modifikata u, meta applikabbli, il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikati, ma għandhomx jestendu l-limitu ta’ żmien ta’ 12-il xahar imsemmi fl-Artikolu 4(6).
Artikolu 12 9.
Il-verżjonijiet antiki tal-white paper dwar il-kriptoassi u tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-offerenti, tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar, jew tal-operaturi ta’ pjattaformi ta’ negozjar, għal mill-anqas 10 snin wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawk il-verżjonijiet antiki, bi twissija prominenti li tiddikjara li ma għadhomx validi u b’hyperlink għat-taqsima ddedikata fuq is-sit web fejn tiġi ppubblikata l-aktar verżjoni reċenti ta’ dawk id-dokumenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.