|
+Artikolu 20 5. |
Artikolu 20 5.L-EBA u l-ESMA għandhom, fuq talba tal-awtorità kompetenti, u fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-abbozz ta’ deċiżjoni u l-applikazzjoni, joħorġu opinjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħhom tal-opinjoni legali msemmija fl-Artikolu 18(2), il-punt (e), u jibagħtu l-opinjonijiet rispettivi tagħhom lill-awtorità kompetenti kkonċernata. Il-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali msemmi fil-paragrafu 4 għandu, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jkun irċieva l-abbozz tad-deċiżjoni u l-applikazzjoni, joħroġ opinjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tiegħu tar-riskji li l-ħruġ ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi jista’ joħloq għall-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja u s-sovranità monetarja, u jibgħat l-opinjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti kkonċernata. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(4), l-opinjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx ikunu vinkolanti. L-awtorità kompetenti għandha, madankollu, tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|