+Artikolu 20 Valutazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
|
Artikolu 20 Valutazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18 għandhom, fi żmien 25 jum tax-xogħol minn meta jirċievu tali applikazzjoni, jivvalutaw jekk dik l-applikazzjoni, inkluża l-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 19, ikunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa. Huma għandhom jinnotifikaw minnufih lill-emittent li japplika dwar jekk l-applikazzjoni, inkluża l-white paper dwar il-kriptoassi, jonqoshiex xi informazzjoni meħtieġa. Fejn l-applikazzjoni, inkluża l-white paper dwar il-kriptoassi, ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skadenza sa meta l-emittent li japplika għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa.
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien 60 jum tax-xogħol minn meta jirċievu applikazzjoni kompluta, jivvalutaw jekk l-emittent li japplika jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu u jieħdu abbozz ta’ deċiżjoni motivata b’mod sħiħ dwar jekk jagħtux jew jiċħdux l-awtorizzazzjoni. Fi żmien dawk is-60 jum tax-xogħol, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-emittent li japplika kwalunkwe informazzjoni dwar l-applikazzjoni, inkluż fuq il-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 19. Matul il-proċess ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, mal-unitajiet tal-intelligence finanzjarja jew ma’ korpi pubbliċi oħra.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Il-perjodu ta’ valutazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni nieqsa mill-awtoritajiet kompetenti u meta jirċievu tweġiba għaliha mingħand l-emittent li japplika. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol.Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar tal-informazzjoni jew għal kjarifika dwarha għandha tkun skont id-diskrezzjoni tagħhom iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 20 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, wara l-perjodu tas-60 jum tax-xogħol imsemmi fil-paragrafu 2, jittrażmettu l-abbozz tad-deċiżjoni tagħhom u l-applikazzjoni lill-EBA, lill-ESMA u lill-BĊE. Meta l-emittent li japplika jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma hijiex l-euro tkun referenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu wkoll l-abbozz tad-deċiżjoni tagħhom u l-applikazzjoni lill-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 20 5.
|
L-EBA u l-ESMA għandhom, fuq talba tal-awtorità kompetenti, u fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-abbozz ta’ deċiżjoni u l-applikazzjoni, joħorġu opinjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħhom tal-opinjoni legali msemmija fl-Artikolu 18(2), il-punt (e), u jibagħtu l-opinjonijiet rispettivi tagħhom lill-awtorità kompetenti kkonċernata. Il-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali msemmi fil-paragrafu 4 għandu, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jkun irċieva l-abbozz tad-deċiżjoni u l-applikazzjoni, joħroġ opinjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tiegħu tar-riskji li l-ħruġ ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi jista’ joħloq għall-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja u s-sovranità monetarja, u jibgħat l-opinjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti kkonċernata. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(4), l-opinjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx ikunu vinkolanti. L-awtorità kompetenti għandha, madankollu, tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|