+Artikolu 21 L-għoti jew iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
|
Artikolu 21 L-għoti jew iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti, fi żmien 25 jum tax-xogħol minn meta jkunu rċivew l-opinjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(5), għandhom jieħdu deċiżjoni motivata bis-sħiħ li tagħti jew tiċħad l-awtorizzazzjoni lill-emittent li japplika u, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tittieħed dik id-deċiżjoni, jinnotifikawha lill-emittent li japplika. Meta emittent li japplika jiġi awtorizzat, il-white paper tiegħu dwar il-kriptoassi għandha titqies bħala approvata.
|
|
Artikolu 21 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli li:
(a)
il-korp maniġerjali tal-emittent li japplika jista’ jkun ta’ theddida għall-immaniġġjar effettiv, sod u prudenti u għall-kontinwità tal-operat tiegħu u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interess tal-klijenti tiegħu u għall-integrità tas-suq;
(b)
il-membri tal-korp maniġerjali ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 34(2);
(c)
azzjonisti u membri, kemm jekk diretti kemm jekk indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti ma jissodisfawx il-kriterji ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed stabbiliti fl-Artikolu 34(4);
(d)
l-emittent li japplika jonqos milli jissodisfa jew x’aktarx li jkun se jonqos milli jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu;
(e)
il-mudell tan-negozju tal-emittent li japplika jista’ jkun ta’ theddida serja għall-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ħlas, jew jesponi lill-emittent jew lis-settur għal riskji serji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.
|
|
Artikolu 21 3.
|
EBA u ESMA għandhom, sat-30 ta’ Ġunju 2024, b’mod konġunt joħorġu linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament, dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-azzjonisti u membri, kemm jekk diretti kemm jekk indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi.
|
|
Artikolu 21 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu wkoll l-awtorizzazzjoni jekk il-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali jagħti opinjoni negattiva skont l-Artikolu 20(5) għal raġunijiet ta’ riskju għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, trażmissjoni tal-politika monetarja, jew sovranità monetarja.
|
|
Artikolu 21 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta jagħtu l-awtorizzazzjoni, jikkomunikaw lill-punt uniku ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti, lill-ESMA, lill-EBA, lill-BĊE u, fejn applikabbli, lill-bank ċentrali msemmija fl-Artikolu 20(4), l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(3). L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(3), mid-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar.
|
|
Artikolu 21 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA, lill-ESMA, lill-BĊE, u meta applikabbli, lill-bank ċentrali msemmija fl-Artikolu 20(4), bit-talbiet kollha għal awtorizzazzjonijiet miċħuda, u jipprovdu r-raġunament sottostanti għad-deċiżjoni u, meta applikabbli, spjegazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni mill-opinjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(5).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|