+Artikolu 23 Restrizzjonijiet fuq il-ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi wżati b’mod wiesa’ bħala mezz ta’ skambju
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
|
Artikolu 23 Restrizzjonijiet fuq il-ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi wżati b’mod wiesa’ bħala mezz ta’ skambju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Meta, għal token irreferenzjat ma’ assi, il-medja trimestrali stmata tan-numru u l-valur aggregat medju ta’ tranżazzjonijiet kuljum assoċjati ma’ użi tagħha bħala mezz ta’ skambju, f’żona ta’ munita unika, hija ogħla minn 1 miljun tranżazzjoni u EUR 200 000 000 , rispettivament, l-emittent għandu:
(a)
jieqaf joħroġ dak it-token irreferenzjat ma’ assi; kif ukoll
(b)
fi żmien 40 jum tax-xogħol minn meta jintlaħaq dak il-livell limitu, jissottometti pjan lill-awtorità kompetenti biex tiżgura li medja trimestrali stmata tan-numru u l-valur aggregat medju ta’ dawk it-tranżazzjonijiet kuljum jinżammu taħt 1 miljun tranżazzjoni u EUR 200 000 000 rispettivament.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-awtorità kompetenti għandha tuża l-informazzjoni pprovduta mill-emittent, l-istimi tagħha stess, jew l-istimi pprovduti mill-BĊE jew, meta applikabbli, mill-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4), skont liema jkun ogħla, sabiex tivvaluta jekk intlaħaqx il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Meta diversi emittenti joħorġu l-istess token irreferenzjat ma’ assi, il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità kompetenti wara li tiġi aggregata d-data mill-emittenti kollha.
|
|
Artikolu 23 4.
|
L-emittent għandu jissottometti l-pjan imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Meta jkun meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi modifiki, pereżempju l-impożizzjoni ta’ ammont ta’ denominazzjoni minima, sabiex tiżgura tnaqqis f’waqtu tal-użu bħala mezz ta’ skambju tat-token irreferenzjat ma’ assi.
|
|
Artikolu 23 5.
|
L-awtorità kompetenti għandha tippermetti lill-emittent joħroġ mill-ġdid it-token irreferenzjat ma’ assi biss meta jkollha evidenza li l-medja trimestrali stmata tan-numru u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet kuljum assoċjati ma’ użi tiegħu bħala mezz ta’ skambju, f’żona ta’ munita unika, tkun iktar baxxa minn 1 miljun tranżazzjoni u EUR 200 000 000 rispettivament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|