+Artikolu 24 Irtirar tal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
|
Artikolu 24 Irtirar tal-awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ emittenti ta’ token irreferenzjati ma’ assi fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-emittent ikun waqaf milli jinvolvi ruħu f’negozju għal sitt xhur konsekuttivi, jew ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni tiegħu għal 12-il xahar konsekuttiv;
(b)
l-emittent ikun kiseb l-awtorizzazzjoni tiegħu b’mezzi irregolari, pereżempju billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 jew fi kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata f’konformità mal-Artikolu 25;
(c)
l-emittent ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
(d)
l-emittent ikun kiser serjament id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu;
(e)
l-emittent ikun soġġett għal pjan ta’ fidi;
(f)
l-emittent ikun irrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni tiegħu jew ikun iddeċieda li jwaqqaf l-operazzjonijiet tiegħu;
(g)
l-attività tal-emittent toħloq theddida serja għall-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas jew tesponi lill-emittent jew lis-settur għal riskji serji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.
L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tiegħu bi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f).
|
|
Artikolu 24 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw ukoll l-awtorizzazzjoni ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi meta l-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 20(4), joħroġ opinjoni li t-token irreferenzjat ma’ assi jkun ta’ theddida serja għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja.
|
|
Artikolu 24 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jillimitaw l-ammont ta’ token irreferenzjati ma’ assi li għandu jinħareġ jew jimponu ammont ta’ denominazzjoni minima fir-rigward tat-token irreferenzjati ma’ assi meta l-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 20(4), joħroġ opinjoni li t-token irreferenzjat ma’ assi jkunu ta’ theddida għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja, u jispeċifika l-limitu applikabbli jew l-ammont ta’ denominazzjoni minima.
|
|
Artikolu 24 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti dwar emittent ta’ token irreferenzjati ma’ assi b’dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
entità terza kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), ta’ dan ir-Regolament tkun tilfet l-awtorizzazzjoni tagħha bħala istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE, bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament, bħala istituzzjoni ta’ pagament, jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi;
(b)
il-membri tal-korp maniġerjali tal-emittent jew l-azzjonisti jew l-membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittent ikunu kisru d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849.
|
|
Artikolu 24 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi meta jkunu tal-fehma li s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jkunu jaffettwaw ir-reputazzjoni tajba tal-membri tal-korp maniġerjali ta’ dak l-emittent jew ir-reputazzjoni tajba ta’ kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollu parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-emittent, jew jekk ikun hemm indikazzjoni ta’ nuqqas fl-arranġamenti tal-governanza jew fil-mekkaniżmi ta’ kontroll intern kif imsemmi fl-Artikolu 34. Meta tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni, l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jimplimenta l-proċedura skont l-Artikolu 47.
|
|
Artikolu 24 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol mill-irtirar tal-awtorizzazzjoni, jikkomunikaw lill-ESMA l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi. L-ESMA għandha tagħmel l-informazzjoni dwar dan l-irtirar disponibbli fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109 mingħajr dewmien bla bżonn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|