|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ emittenti ta’ token irreferenzjati ma’ assi fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-emittent ikun waqaf milli jinvolvi ruħu f’negozju għal sitt xhur konsekuttivi, jew ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni tiegħu għal 12-il xahar konsekuttiv;
(b)
l-emittent ikun kiseb l-awtorizzazzjoni tiegħu b’mezzi irregolari, pereżempju billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 jew fi kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata f’konformità mal-Artikolu 25;
(c)
l-emittent ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
(d)
l-emittent ikun kiser serjament id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu;
(e)
l-emittent ikun soġġett għal pjan ta’ fidi;
(f)
l-emittent ikun irrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni tiegħu jew ikun iddeċieda li jwaqqaf l-operazzjonijiet tiegħu;
(g)
l-attività tal-emittent toħloq theddida serja għall-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas jew tesponi lill-emittent jew lis-settur għal riskji serji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tiegħu bi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|