|
+Artikolu 25 1. |
Artikolu 25 1.L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom dwar kwalunkwe tibdil maħsub fil-mudell tan-negozju tagħhom li x’aktarx ikollu influwenza sinifikanti fuq id-deċiżjoni ta’ xiri ta’ kwalunkwe detentur jew detentur prospettiv ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, li jseħħ wara l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew wara l-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17, kif ukoll fil-kuntest tal-Artikolu 23. Tali tibdiliet jinkludu, fost l-oħrajn, kwalunkwe modifika materjali f’dawn:
(a)
l-arranġamenti ta’ governanza, inklużi l-linji ta’ rapportar lill-korp maniġerjali u l-qafas tal-immaniġġjar tar-riskju;
(b)
l-assi ta’ riżerva u l-kustodja tal-assi ta’ riżerva;
(c)
id-drittijiet mogħtija lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi;
(d)
il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jinħareġ u jinfeda t-token irreferenzjat ma’ assi;
(e)
il-protokolli għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;
(f)
il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit proprjetarja tal-emittent, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu bl-użu ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit;
(g)
il-mekkaniżmi li jiżguraw il-likwidità ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inklużi l-politika u l-proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-likwidità għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti msemmija fl-Artikolu 45;
(h)
l-arranġamenti ma’ entitajiet terzi, inkluż għall-immaniġġjar tal-assi ta’ riżerva u għall-investiment tar-riżerva, għall-kustodja tal-assi ta’ riżerva, u, meta applikabbli, għad-distribuzzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għall-pubbliku;
(i)
il-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti;
(j)
il-valutazzjoni tar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-politiki u l-proċeduri ġenerali relatati magħhom. L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom mill-inqas 30 jum tax-xogħol qabel ma jidħlu fis-seħħ il-bidliet maħsuba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|