+Artikolu 25 Modifika tal-white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati għat-tokens irreferenzjati ma’ assi
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.

Artikolu 25 Modifika tal-white papers dwar il-kriptoassi ppubblikati għat-tokens irreferenzjati ma’ assi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom dwar kwalunkwe tibdil maħsub fil-mudell tan-negozju tagħhom li x’aktarx ikollu influwenza sinifikanti fuq id-deċiżjoni ta’ xiri ta’ kwalunkwe detentur jew detentur prospettiv ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, li jseħħ wara l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew wara l-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17, kif ukoll fil-kuntest tal-Artikolu 23. Tali tibdiliet jinkludu, fost l-oħrajn, kwalunkwe modifika materjali f’dawn:

(a) 

l-arranġamenti ta’ governanza, inklużi l-linji ta’ rapportar lill-korp maniġerjali u l-qafas tal-immaniġġjar tar-riskju;

(b) 

l-assi ta’ riżerva u l-kustodja tal-assi ta’ riżerva;

(c) 

id-drittijiet mogħtija lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi;

(d) 

il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jinħareġ u jinfeda t-token irreferenzjat ma’ assi;

(e) 

il-protokolli għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;

(f) 

il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit proprjetarja tal-emittent, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu bl-użu ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit;

(g) 

il-mekkaniżmi li jiżguraw il-likwidità ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inklużi l-politika u l-proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-likwidità għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti msemmija fl-Artikolu 45;

(h) 

l-arranġamenti ma’ entitajiet terzi, inkluż għall-immaniġġjar tal-assi ta’ riżerva u għall-investiment tar-riżerva, għall-kustodja tal-assi ta’ riżerva, u, meta applikabbli, għad-distribuzzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għall-pubbliku;

(i) 

il-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti;

(j) 

il-valutazzjoni tar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-politiki u l-proċeduri ġenerali relatati magħhom.

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom mill-inqas 30 jum tax-xogħol qabel ma jidħlu fis-seħħ il-bidliet maħsuba.

Artikolu 25 2.
Fejn kwalunkwe tibdil maħsub kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie nnotifikat lill-awtorità kompetenti, l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jabbozza abbozz ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata u għandu jiżgura li l-ordni tal-informazzjoni li tidher fih ikun konsistenti ma’ dak tal-white paper dwar il-kriptoassi oriġinali.

L-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma elettronikament li tkun irċiviet l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata mill-aktar fis possibbli, u l-aktar tard fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċevih.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha għall-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, jew tiċħad li tapprovah, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tikkonferma li tkun irċivietu. Matul l-eżami tal-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, l-awtorità kompetenti tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni, spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni addizzjonali rigward l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata. Meta l-awtorità kompetenti tagħmel tali talba, il-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum tax-xogħol għandu jibda biss minn meta l-awtorità kompetenti tkun irċiviet l-informazzjoni addizzjonali mitluba.

Artikolu 25 3.
Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-modifiki għal white paper dwar il-kriptoassi jkunu potenzjalment rilevanti għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja u s-sovranità monetarja, hija għandha tikkonsulta lill-BĊE u, meta applikabbli, lill-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4). L-awtorità kompetenti tista’ tikkonsulta wkoll lill-EBA u lill-ESMA f’tali każijiet.

Il-BĊE jew il-bank ċentrali rilevanti u, meta applikabbli, l-EBA u l-ESMA, għandhom jipprovdu opinjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-konsultazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 25 4.

Meta l-awtorità kompetenti tapprova l-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, hija tista’ tirrikjedi lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi:

(a) 

jistabbilixxi mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi, meta modifika potenzjali tal-operazzjonijiet tal-emittent jista’ jkollha effett materjali fuq il-valur, fuq l-istabbiltà jew fuq ir-riskji tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tal-assi ta’ riżerva;

(b) 

jieħu kwalunkwe miżura korrettiva xierqa biex jindirizza t-tħassib relatat mal-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja jew il-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas.

L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jieħu kwalunkwe miżura korrettiva xierqa biex jindirizza tħassib relatat mal- ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja, jew is-sovranità monetarja, jekk tali miżuri korrettivi jkunu proposti mill-BĊE jew, meta applikabbli, minn bank ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 20(4) f’konsultazzjonijiet skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-BĊE jew il-bank ċentrali msemmi fl-Artikolu 20(4) ikun ippropona miżuri differenti minn dawk li tirrikjedi l-awtorità kompetenti, il-miżuri proposti għandhom jiġu kkombinati jew, jekk ma jkunx possibbli, għandha tkun meħtieġa l-aktar miżura stretta.

Artikolu 25 5.
L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-white paper dwar il-kriptoassi modifikata lill-ESMA, lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti, lill-EBA, lill-BĊE u, fejn applikabbli, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat fi żmien jumejn tax-xogħol mill-għoti tal-approvazzjoni.

L-ESMA għandha tagħmel il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata disponibbli fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109 mingħajr dewmien bla bżonn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.