|
+Artikolu 25 2. |
Artikolu 25 2.Fejn kwalunkwe tibdil maħsub kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie nnotifikat lill-awtorità kompetenti, l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jabbozza abbozz ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata u għandu jiżgura li l-ordni tal-informazzjoni li tidher fih ikun konsistenti ma’ dak tal-white paper dwar il-kriptoassi oriġinali. L-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu jinnotifika l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma elettronikament li tkun irċiviet l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata mill-aktar fis possibbli, u l-aktar tard fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċevih. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha għall-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, jew tiċħad li tapprovah, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tikkonferma li tkun irċivietu. Matul l-eżami tal-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata, l-awtorità kompetenti tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni, spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni addizzjonali rigward l-abbozz tal-white paper dwar il-kriptoassi modifikata. Meta l-awtorità kompetenti tagħmel tali talba, il-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum tax-xogħol għandu jibda biss minn meta l-awtorità kompetenti tkun irċiviet l-informazzjoni addizzjonali mitluba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|