+Artikolu 26 Responsabbiltà tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.

Artikolu 26 Responsabbiltà tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Meta emittent ikun kiser l-Artikolu 19 billi jipprovdi, fil-white paper dwar il-kriptoassi tiegħu jew f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata, informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta jew ċara jew li tkun qarrieqa, dak l-emittent u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu għandhom ikunu responsabbli fir-rigward tad-detentur ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi għal kwalunkwe telf imġarrab minħabba dak il-ksur.
Artikolu 26 2.
Kwalunkwe esklużjoni jew limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun imċaħħda minn effett legali.
Artikolu 26 3.
Għandha tkun ir-responsabbiltà tad-detentur tat-token irreferenzjat ma’ assi li jippreżenta evidenza li tindika li l-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi jkun kiser l-Artikolu 19 billi provda fil-white paper dwar il-kriptoassi tiegħu jew f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta, jew ċara jew li tkun qarrieqa u li d-dipendenza fuq tali informazzjoni kellha impatt fuq id-deċiżjoni tad-detentur li jixtri, ibigħ jew jiskambja dak it-token irreferenzjat ma’ assi.
Artikolu 26 4.

L-emittent u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu ma għandhomx ikunu responsabbli għat-telf imġarrab minħabba d-dipendenza fuq l-informazzjoni pprovduta f’sommarju skont l-Artikolu 19, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tagħha, ħlief meta s-sommarju:

(a) 

ikun qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi; jew

(b) 

ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi, informazzjoni ta’ importanza ewlenija sabiex tgħin lid-detenturi prospettivi meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jixtrux it-token irreferenzjat ma’ assi.

Artikolu 26 5.
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà ċivili oħra skont il-liġi nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.