|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.Kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata ma’ offerta lill-pubbliku ta’ token irreferenzjat ma’ assi, jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi, għandha tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala tali;
(b)
l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;
(c)
l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi;
(d)
il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw b’mod ċar li ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi u jindikaw b’mod ċar l-indirizz tas-sit web tal-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi, kif ukoll numru tat-telefown u indirizz tal-email biex jkun jista’ jiġi kkuntattjat l-emittent. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|