+Artikolu 29 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.

Artikolu 29 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.

Kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni relatata ma’ offerta lill-pubbliku ta’ token irreferenzjat ma’ assi, jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi, għandha tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala tali;

(b) 

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;

(c) 

l-informazzjoni fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti mal-informazzjoni fil-white paper dwar il-kriptoassi;

(d) 

il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw b’mod ċar li ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi u jindikaw b’mod ċar l-indirizz tas-sit web tal-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi, kif ukoll numru tat-telefown u indirizz tal-email biex jkun jista’ jiġi kkuntattjat l-emittent.

Artikolu 29 2.
Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jkun fihom dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa li d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom dritt ta’ fidi fil-konfront tal-emittent fi kwalunkwe ħin.
Artikolu 29 3.
Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u kwalunkwe modifika tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-emittent.
Artikolu 29 4.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrikjedu approvazzjoni minn qabel tal-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel ma jiġu ppubblikati.
Artikolu 29 5.
Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.
Artikolu 29 6.
L-ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandha tiġi disseminata qabel il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi. Tali restrizzjoni ma taffettwax il-kapaċità tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi li jwettaq sondaġġi tas-suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.