+Artikolu 41 Valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
---+Artikolu 41 6.
---+Artikolu 41 7.
---+Artikolu 41 8.

Artikolu 41 Valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu flimkien u li jkun biħsiebhom jakkwistaw, direttament jew indirettament (“l-akkwirent propost”), parteċipazzjoni kwalifikanti f’emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew li jżidu, direttament jew indirettament, tali parteċipazzjoni kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum ikun jilħaq jew jeċċedi l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew sabiex l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jsir is-sussidjarju tagħhom, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-emittent dwar dan bil-miktub, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba u l-informazzjoni li jirrikjedu l-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 42(4).
Artikolu 41 2.
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikanti f’emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandha, qabel ma tiddisponi minn dik il-parteċipazzjoni, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwar id-deċiżjoni tagħha u tindika d-daqs ta’ tali parteċipazzjoni. Dik il-persuna għandha wkoll tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas parteċipazzjoni kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt l-10 %, l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew sabiex l-emittent tat- token irreferenzjat ma’ assi ma jibqax ikun sussidjarju ta’ dik il-persuna.
Artikolu 41 3.
L-awtorita’ kompetenti għandha minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1 tikkonferma li tkun irċevietha bil-miktub.
Artikolu 41 4.
L-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li jirrikjedu l-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 42(4), fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tar-riċevuta msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta tikkonferma r-riċevuta tan-notifika, l-awtorita’ kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost dwar id-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni.
Artikolu 41 5.
Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorita’ kompetenti tista’ titlob mill-akkwirent propost kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex titlesta dik il-valutazzjoni. Tali talba għandha ssir qabel ma tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-50 jum tax-xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tar-riċevuta msemmija fil-paragrafu 3. Tali talbiet għandhom isiru bil-miktub u għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

L-awtorita’ kompetenti għandha tissospendi l-perjodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4, sakemm tkun irċeviet l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtorita’ kompetenti għal informazzjoni addizzjonali jew għal kjarifika tal-informazzjoni riċevuta ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni addizzjonali tal-perjodu ta’ valutazzjoni.

L-awtorita’ kompetenti tistgħu testendi s-sospensjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sa 30 jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun jinsab barra mill-Unjoni jew ikun irregolat skont il-liġi ta’ pajjiż terz.

Artikolu 41 6.
L-awtorita’ kompetenti li, mat-tlestija tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 tiddeċiedi li topponi l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1, għandha tinnotifika lill-akkwirent propost dwar dan fi żmien jumejn tax-xogħol, u fi kwalunkwe każ qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4, estiża, meta applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 5, it-tieni u t-tielet subparagrafi. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għal tali deċiżjoni.
Artikolu 41 7.
Meta l-awtorita’ kompetenti ma topponix l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1 qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4, estiża, meta applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 5, it-tieni u t-tielet subparagrafi, l-akkwiżizzjoni proposta għandha titqies bħala approvata.
Artikolu 41 8.
L-awtorita’ kompetenti tista’ tistabbilixxi perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1, u testendi dak il-perjodu massimu meta xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.