+Artikolu 43 1.

Artikolu 43 1.

Il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens rreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom ikunu dawn li ġejjin, kif speċifikat aktar mill-atti delegati adottati skont il-paragrafu 11:

(a) 

in-numru ta’ detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi jkun akbar minn 10 miljun;

(b) 

il-valur tat-token irreferenzjat ma’ assi maħruġ, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tiegħu jew id-daqs tar-riżerva ta’ assi tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jkunu ogħla minn EUR 5 000 000 000 ;

(c) 

in-numru medju u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet f’dak it-token irreferenzjat ma’ assi kuljum matul il-perjodu rilevanti, ikunu ogħla minn 2,5 miljun tranżazzjoni u EUR 500 000 000 rispettivament;

(d) 

l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi huwa fornitur ta’ servizzi tal-pjattaforma ewlenin ddeżinjat bħala gwardjan f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 );

(e) 

is-sinifikat tal-attivitajiet tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi fuq skala internazzjonali, inkluż l-użu tat-token irreferenzjat ma’ assi għall-pagamenti u għar-rimessi;

(f) 

l-interkonnettività tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tal-emittenti tiegħu mas-sistema finanzjarja;

(g) 

il-fatt li l-istess emittent joħroġ mill-anqas token wieħed rreferenzjat ma’ assi addizzjonali jew token tal-flus elettroniċi, u jipprovdi mill-anqas servizz wieħed tal-kriptoassi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.