+Artikolu 43 Klassifikazzjoni ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 43 6.
---+Artikolu 43 7.
---+Artikolu 43 8.
---+Artikolu 43 9.
---+Artikolu 43 10.
---+Artikolu 43 11.
|
Artikolu 43 Klassifikazzjoni ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens rreferenzjati ma’ assi sinifikanti għandhom ikunu dawn li ġejjin, kif speċifikat aktar mill-atti delegati adottati skont il-paragrafu 11:
(a)
in-numru ta’ detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi jkun akbar minn 10 miljun;
(b)
il-valur tat-token irreferenzjat ma’ assi maħruġ, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tiegħu jew id-daqs tar-riżerva ta’ assi tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jkunu ogħla minn EUR 5 000 000 000 ;
(c)
in-numru medju u l-valur aggregat medju tat-tranżazzjonijiet f’dak it-token irreferenzjat ma’ assi kuljum matul il-perjodu rilevanti, ikunu ogħla minn 2,5 miljun tranżazzjoni u EUR 500 000 000 rispettivament;
(d)
l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi huwa fornitur ta’ servizzi tal-pjattaforma ewlenin ddeżinjat bħala gwardjan f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
17
);
(e)
is-sinifikat tal-attivitajiet tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi fuq skala internazzjonali, inkluż l-użu tat-token irreferenzjat ma’ assi għall-pagamenti u għar-rimessi;
(f)
l-interkonnettività tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tal-emittenti tiegħu mas-sistema finanzjarja;
(g)
il-fatt li l-istess emittent joħroġ mill-anqas token wieħed rreferenzjat ma’ assi addizzjonali jew token tal-flus elettroniċi, u jipprovdi mill-anqas servizz wieħed tal-kriptoassi.
|
|
Artikolu 43 2.
|
L-EBA għandha tikklassifika tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti meta mill-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfatti:
(a)
matul il-perjodu kopert mil-ewwel rapport ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, wara l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21 jew wara l-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17; jew
(b)
matul il-perjodu kopert minn tal-inqas żewġrapporti konsekuttivi ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Meta diversi emittenti joħorġu l-istess token irreferenzjat ma’ assi, it-twettiq tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati wara li tiġi aggregata d-data minn dawk l-emittenti.
|
|
Artikolu 43 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent għandhom jirrapportaw lill-EBA u lill-BĊE informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tat-twettiq tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluża, jekk applikabbli, l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 22, tal-anqas darbtejn fis-sena. Meta l-emittent ikun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma hijiex l-euro tkun referenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu wkoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 43 5.
|
Meta l-EBA tikkonkludi li token irreferenzjat ma’ assi jissodisfa l-kriterjistabbiliti fil-paragrafu 1 skont il-paragrafu 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikklassifika t-token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat. Emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-EBA biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.
|
|
Artikolu 43 6.
|
L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk tikklassifikax token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 5 u tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-emittent ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tiegħu.
|
|
Artikolu 43 7.
|
Meta token irreferenzjat ma’ assi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 6, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent lill-EBA fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni. L-EBA u l-awtorità kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.
|
|
Artikolu 43 8.
|
L-EBA għandha, annwalment, tivvaluta mill-ġdid il-klassifikazzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż mir-rapporti msemmija fil-paragrafu 4 jew l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 22. Meta l-EBA tikkonkludi li ċerti tokens irreferenzjati ma’ assi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 f’konformita’ mal-paragrafu 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex ma tibqax tikklassifika t-tokens irreferenzjati ma’ assi bħala sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittenti ta’ dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membrukkonċernat. Emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u l-bank ċentrali msemmi fil-paragrafu 4 għandhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.
|
|
Artikolu 43 9.
|
L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk ma tibqax tikklassifika token irreferenzjat ma’ assi ’ bħala sinifikanti fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8 u tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-emittent ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tiegħu.
|
|
Artikolu 43 10.
|
Meta token irreferenzjat ma’ assi ma jibqax jiġi kklassifikat bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 9, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi għandhom jiġu ttrasferiti mill-EBA lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittenti fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni. L-EBA u l-awtorità kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.
|
|
Artikolu 43 11.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika ulterjorment il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 sabiex token irreferenzjat ma’ assi jkun kklassifikat bħala sinifikanti u jiġu ddeterminati:
(a)
iċ-ċirkostanzi li fihom l-attivitajiet tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi jitqiesu sinifikanti fuq skala internazzjonali barra mill-Unjoni;
(b)
iċ-ċirkostanzi li fihom tokens irreferenzjati ma’ assi u l-emittenti tagħhom għandhom jitqiesu bħala interkonnessi mas-sistema finanzjarja;
(c)
il-kontenut u l-format tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-EBA u lil-BĊE skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 56(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|