+Artikolu 43 8.

Artikolu 43 8.

L-EBA għandha, annwalment, tivvaluta mill-ġdid il-klassifikazzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż mir-rapporti msemmija fil-paragrafu 4 jew l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 22.

Meta l-EBA tikkonkludi li ċerti tokens irreferenzjati ma’ assi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 f’konformita’ mal-paragrafu 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex ma tibqax tikklassifika t-tokens irreferenzjati ma’ assi bħala sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittenti ta’ dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membrukkonċernat.

Emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u l-bank ċentrali msemmi fil-paragrafu 4 għandhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.