L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jfassal u jżomm pjan operazzjonali sabiex jappoġġja l-fidi ordnat ta’ kull token irreferenzjat ma’ assi, li għandu jiġi implimentat fuq deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li l-emittent ma jkunx jista’ jew x’aktarx ma jkunx jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu, inkluż fil-każ ta’ insolvenza jew, meta applikabbli, ta’ riżoluzzjoni jew fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-emittent, mingħajr preġudizzju għall-bidu ta’ miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura ta’ mmaniġġjar ta’ kriżi kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punti (101) u (102), rispettivament, tad-Direttiva 2014/59/UE jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
18
).