+Artikolu 48 Rekwiżiti għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens tal-flus elettroniċi
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
|
Artikolu 48 Rekwiżiti għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens tal-flus elettroniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
Persuna ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ token tal-flus elettroniċi, fl-Unjoni, sakemm dik il-persuna ma tkunx l-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi u ma tkunx:
(a)
awtorizzata bħala istituzzjoni ta’ kreditu jew bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi; u
(b)
innotifikat white paper dwar il-kriptoassi lill-awtorità kompetenti u ppubblikat dik il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 51.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fuq kunsens bil-miktub tal-emittent, persuni oħra jistgħu joffru lill-pubbliku jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tat-token tal-flus elettroniċi. Dawk il-persuni għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 50 u 53.
|
|
Artikolu 48 2.
|
Tokens tal-flus elettroniċi għandhom jitqiesu bħala flus elettroniċi. Token tal-flus elettroniċi li jirreferenzja munita uffiċjali ta’ Stat Membru għandu jitqies li jkun offrut lill-pubbliku fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 48 3.
|
It-Titoli II u III tad-Direttiva 2009/110/KE għandhom japplikaw fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f’dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 48 4.
|
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi eżentati f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/110/KE.
|
|
Artikolu 48 5.
|
Dan ir-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 51, ma għandux japplika fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi eżentati skont l-Artikolu 1(4) u (5) tad-Direttiva 2009/110/KE.
|
|
Artikolu 48 6.
|
L-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi għandhom, mill-inqas 40 jum tax-xogħol qabel id-data li fiha jkunu biħsiebhom joffru lill-pubbliku dawk it-tokens tal-flus elettroniċi jew ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar tagħhom, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar dik l-intenzjoni.
|
|
Artikolu 48 7.
|
Meta japplika l-paragrafu 4 jew 5, l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jabbozzaw white paper dwar il-kriptoassi u jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar tali white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 51.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|